Snooker
Snooker: Shaun Murphy jitlef kontra Mark Allen minkejja sitt century breaks

Shaun Murphy tilef 9 frames għal 8 kontra Mark Allen fil-kwarti tal-finali tat-Tour Championship li qed isir f’Milton Keynes.

Iżda l-aktar impressjonanti kien il-fatt li minkejja t-telfa, Murphy irnexxielu jagħmel sitt brejks ta’ 100 jew aktar fi 17-il frame li lagħbu bejniethom.

Murphy għamel brejks ta’ 110, 117, 116, 100, 131 u 120 iżda ma kienux biżżejjed biex jikkwalifika għas-semifinali.

B’din ir-rebħa, Mark Allen se jkun qed jiltaqa’ kontra Mark Selby fis-semifinali.

Miktub minn...
TVM Sport