Snooker
Snooker: Tony Drago jitlef 3-2 kontra Stephen Hendry

Snooker: Fil-Crucible Theater ta’ Sheffield Tony Drago kien verament viċin li jirbaħ lis-seba’ darbiet champion tad-dinja Stephen Hendry meta l-player veteran Malti tilef 3 frames għal 2 fil-fażi tal-aħħar 16 tal-Rokit Seniors World Championship Tour 2019.

L-ewwel frame ra lil Tony Drago jirbaħ 79-70, it-tieni frame rebħu Hendry 65-18, hekk kf ukoll rebaħ it-tielet frame 66-41. Wara Drago rebaħ ir-raba’ frame 63-41 għal 2-2 sabiex il-Malti sforza lil Hendry għall-frame deċiżiv li ntrebaħ mill-Iskoċċiż. F’dan it-Tour ħadu sehem leġġendi tal-isnooker fosthom Jimmy White, John Parrott, Cliff Thorburn, Dennis Taylor u James Wattana fost oħrajn.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

F’dawn l-aħħar jiem ġewwa l-Akkademja tas-snooker fil Ħamrun, intlagħbu żewġ finali, biex b’hekk intemm dan l-istaġun tal-MBSA. Fil-finali tal-Kampjonat Nazzjonali  tat-timijiet, li kienet fuq l-aħjar minn 15-il frame, it-tim ta’…

Snooker

Malta se tkun irrappreżentata mill-plejer professjonali Alex Borg u ż-żagħzugħ Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti għat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament…

Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg għada t-Tlieta jħalli Malta biex jibda l-impenji tiegħu fil-Main Tour organizzat mill-World Snooker wara li l-ġimgħa l-oħra kkwalifika minn tournament ta’ kwalifikazzjoni li sar…

Aktar