Snooker
Snooker: Żewġ tournaments internazzjonali f’pajjiżna f’Jannar

Il-Malta Billiards and Snooker Association, bil-kollaborazzjoni tal-World Snooker Federation, ħabbru li fil-ġranet li ġejjin sa jiġu organizzati għall-ewwel darba żewġ tournaments internazzjonali tas-snooker ta’ livell għoli f’pajjiżna.

L-ewwel tournament sa jkun il-WSF Juniors under 17, li se jsir bejn l-4 u d-9 ta’ Jannar u li fih se jipparteċipaw madwar 60 plejer minn madwar id-dinja, inkluż żewġ pleyers Maltin, Matthias Debono u Luke Pace.

It-tieni tournament sa jkun il-Malta Open, bejn l-10 u s-17 ta’ Jannar li fih sa jipparteċipaw madwar 160 plejer li ġejjin minn madwar id-dinja , fosthom ex-pleyers professjonali ta’ livell għoli ħafna, kif ukoll pleyers Maltin bħal Tony Drago, Duncan Bezzina, Brian Cini, Aaron Busutill, Philip Ciantar u oħrajn.

Il-premju prinċipali lir-rebbieħ ta’ dawn it-tournaments sa jkun tour card valida għal sentejn biex jipparteċipa f’tournaments internazzjonali.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg, il-ġimgħa d-diehla jkun impenjat fil-Welsh Open organizzat mill-World Snooker Association. Dan it-turnament se jintlagħab fil-Motor Point Arena f’Cardiff bejn it-Tnejn li ġej u l-Ħadd…

Snooker

Il-Player ċiniż ta’ ħmistax-il sena Yang Gao huwa r-rebbieħ tal-Junior Open organizzat f’Malta mill-World Snooker Federation. Yang għadda għall-finali mal-Ingliż Sean Maddocks wara li lbieraħ filgħaxija għeleb lill-kollega Ċiniż Yi…

Snooker

Waslu f’Malta kważi l-players kollha li se jieħu sehem f’dan it-Tournament li se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ iktar minn 50 player taħt is-17 -il sena. Fost dawn se jilagħbu żewġ players…

Aktar