Futbol internazzjonali
Solidarjeta ma’ Rashford.. barra għal tliet xhur għax se jiġi operat

Mijiet ta’ nies niżlu għall-irkupptejhom quddiem ritratt mal-ħajt tal-attakkant Ingliż Marcus Rashford bħala sinjal ta’ solidarjeta u kontra kull tip ta’ razziżmu.

Plejers ta’ ġilda sewda Marcus Rashford, Jadon Sancho u Bukayo Saka sfaw fil-mira t’attakki razzisti wara li fallew il-penalties deċisivi li tellfu lill-Ingilterra l-finali tal-Euro 2020.

Apparti t-talenti tiegħu bħala plejer, tul l-aħħar snin Rashford wera l-valuri sodi tiegħu billi qassam ikel u kien solidari ma’ tfal foqra anke wara t-trobbija iebsa li kellu fejn minkejja l-faqar li għex fi tfulitu, ommu waħedha tellathu fuq sisien soda.

Daqqa ta’ ħarta għall-klabb tiegħu Manchester United intant hekk kif ħarġet il-konferma li Rashford se jitlef l-ewwel ġimgħat tal-Premier League minħabba li se jiġi operat fi spalltu, dan ifisser li mistenni jibqa barra għal madwar tliet xhur bir-ritorn tiegħu fl-azzjoni wara d-diżappunt tal-Ħadd f’Wembley Stadium, mistenni jkun bejn Ottubru u Novembru li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo