Sorpriża kbira fl-Open tal-Awstralja … Djokovic eliminat

Fl-Open tal-Awstralja, ċ-ċampjin renjanti Novak Djokovic safa eliminat f’dik li bla dubju hija l-ikbar sorpriża sa issa ta’ dan it-tournament.

Djokovic tilef f’ħames sets f’partita maratona li damet eżatt 4 siegħat kontra l-Isvizzeru Stanislas Wawrinka.

Iċ-ċampjin renjanti Djokovic rebaħ l-ewwel set 6-2, qabel tilef iż-żewg sets ta’ wara 4-6, 2-6, is-Serb madankollu rkupra tajjeb biex rebaħ ir-raba set 6-3, qabel il-ħames set deċisiv mirbuħ minn Wawrinka 9-7.

article-2543143-1AD83AAD00000578-988_634x369article-2543143-1ADA08EB00000578-645_634x451

Fis-semi finali Wawrinka jiltaqa kontra ċ-Ċek Tomas Berdych li mal-lejl fil-kwarti finali għeleb lill-Ispanjol David Ferrer bil-punteġġ ta’ 6-1 6-4 2-6 6-4.

Sadanittant fil-lejl li gej jintlgħabu żewg kwarti finali oħra meta s-seed numru wieħed l-Ispanjol Rafael Nadal jiltaqa kontra l-Bulgaru seed numru 22, Grigor Dimitrov, qabel il-logħba ferm mistennija mill-fażi tal-aħħar tmienja, l-Erbgha fil-għodu li tlaqqa lill-isvizzeru Roger Federer kontra l-Brittaniku Andy Murray.

Fil-kategorija tan-Nisa, eliminata s-Serba Ana Ivanovic li fir-rawnd ta’ qabel eliminat lil favorita Serena Williams.

Fil-kwarti finali, Ivanovic tilfet kontra t-tennista Eugenie Bouchard 5-7 7-5 6-2, biex issa l-Kanadiża tilgħab fis-semi finali kontra ċ-Ċiniza Li Na li gĦelbet lit-Taljana Flavia Pennetta 6-2 6-2.

Fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, żewġ kwarti finali oħra meta Simona Halep tar-Rumanija tilgħab kontra s-Slovakka Dominika Cibulkova, li fir-rawnd ta’ qabel eliminat lil Maria Sharapova, waqt li fl-aħħar kwarti tal-finali, ċ-ċampjin renjanti Victoria Azarenka tal-Belarus tilgħab kontra l-Pollakka Agnieszka Radwanska.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar