Tennis
Sorpriża minn Federer lil żewġ tennisti żgħażagħ taljani

Tennis: Iż-żewġ tfajliet żgħar li waqt il-lockdown fl-Italja għamlu ‘twelve shot’ rally mill-bjut tal-familji rispettivi tagħhom fir-Reġjun tal-Liguria kellhom sorpriża kbira hekk kif it-tennista Roger Federer mar iżurhom appuntu f’darhom.

Iż-żewġ tfajliet Vittoria Oliveri u Carola Pessina kien rrekordjaw ir-rally tagħhom li marret viral fuq il-media soċjali b’Federer innifsu kien ikkopja l-idea u għamel rally simili mal-familjari tiegħu waqt il-lock down.

Federer qatta’ nofs ta’ nhar ma’ dawn iż-żewġ tennisti żgħar u stedinhom ukoll sabiex jingħaqdu miegħu u ma’ Raffael Nadal sabiex jiħedu sehem fis-Summer Camp Rafa Nadal Academy Movistar.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-plejer Johanna Konta qalet li sofriet minn eċċitament żejjed f’qalbha waqt il-partita mit-Top Seed Open li lagħbet f’Lexington, f’Kentucky, ilbieraħ kontra Marie Bouzkova tar-Repubblika Ċeka u li tilfet 6-4, 6-4….

Tennis

Il-Franċiża Fiona Ferro saret l-ewwel tennista li rebħet WTA tournament fl-aħħar ħames xhur. Fil-finali tal-Palermo Ladies Open hija għelbet lil Anett Kontaveit 6-2, 7-5. Minn mindu tnaqqsu l-miżuri relatati mal-pandemija…

Tennis

Tennis: L-ex champions tal-Open tal-Istati Uniti, Andy Murray u Kim Clijsters ingħataw wild card biex ikunu jistgħu jikkompetu fl-edizzjoni tat-tournament ta’ din is-sena. Din l-aħbar ikkonfermawha l-organizzaturi stess. It-tournament se…

Tennis

Rafael Nadal qal li min jirbaħ l-Open tal-Istati Uniti xorta waħda ghandu jħossu rebbieħ ta’ Grand Slam anki jekk l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkun hemm diversi tennisti nieqsa. Nadal…

Aktar