Futbol lokali
Spanja jaslu f’Malta t-Tnejn li ġej…Luis Enrique bl-aħjar skwadra possibbli li tinkludi lil De Gea, Sergio Ramos u Morata

It-tim nazzjonali tal-futbol ta’ Spanja jasal f’Malta it-Tnejn li ġej fil-12.15pm. L-Ispanjoli se jiġu f’titjira diretta minn Valencia wara l-partita kontra n-Norveġja mill-istess grupp.

Il-gruppi ta’ kwalifikazzjoni Ewropej tas-sajf tas-sena d-dieħla jibdew fi tmiem din il-ġimgħa b’kull nazzjon jilgħab l-ewwel żewġ partiti.

Spanja se jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra n-Norveġja s-Sibt filgħaxija u jagħmlu jumejn ta’ taħriġ ħafif qabel jiġu f’Malta.

Spanja jkollhom sessjoni ta’ taħriġ fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, it-Tnejn, fis-7.00pm.

Il-kontinġent kollu Spanjol jitlaq lura immedjatament wara l-partita tat-Tlieta bit-titjira lejn Madrid tkun l-Erbgħa kmieni filgħodu fis-1.30am.

Malta tilgħab kontra l-Gżejjer Faroe s-Sibt li ġej u kontra Spanja t-Tlieta li ġej.

Iż-żewġ partiti jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u jixxandru dirett fuq TVM2.

It-23 plejer Spanjol li sejjaħ il-kowċ Luis Enrique għal dawn iż-żewġ partiti huma dawn:

Gowlkipers: David De Gea (Manchester United), Kepa Arrizabalaga (Chelsea), Pau Sabata (Real Betis)

Difensuri: Mario Hermoso (Espanyol), Jose’ Luis Gaya (Valencia), Sergi Gomez (Sevilla), Sergio Ramos (Real Madrid), Jesus Navas (Sevilla), Jordi Alba (Barcelona), Inigo Martinez (Athletic Club), Juan Bernat (PSG)

Midfielders: Dani Parejo (Valencia), Sergi Roberto (Barcelona), Sergio Canales (Real Betis), Dani Ceballos (Real Madrid), Sergio Busquests (Barcelona), Saul Niguez (Atletico Madrid), Rodri Hernandez (Atletico Madrid)

Attakkanti: Rodrigo Machado (Valencia), Jaime Mata (Getafe), Iker Muniain (Athletic Club), Alvaro Morata (Atletico Madrid), Marco Asensio (Real Madrid)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Futbol lokali

St Lawrence Spurs…..1 Sannat Lions………….0 St Lawrence Spurs kisbu rebħa minima fil-finali tal-kompetizzjoni Knock Out tat-Tieni Diviżjoni kontra Sannat Lions biex rebħu dan l-unur wara nuqqas ta’ aktar minn għoxrin…

Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Aktar