Futbol lokali
FILMAT: Spanja jiddominaw u jiskorjaw sebgħa

Grupp F – Logħob ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020

Spanja………..7

Malta…………0

Spanja saħħew posthom fil-quċċata ta’ Grupp F meta mingħajr ebda diffikulta’ għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta’ 7-0.

It-tieni 45 minuta kienu fatali għall-Maltin fejn ċedew għal kollox għall-inizjattiva tal-Ispanjoli u qalgħu xejn anqas minn ħames gowls.

Kif mistenni Spanja ħarġu fuq l-attakk u ħolqu l-ewwel periklu lejn il-lasti ta’ Bonello fir-raba’ minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Sergio Ramos għaddiet ftit barra.

Fil-15-il minuta kien Henry Bonello li laqa’ daqqa ta’ ras ta’ Pablo Sarabia wara kross ta’ Juan Bernat.

Spanja marru fil-vantaġġ fit-22 minuta meta wara azzjoni ta’ korner, id-difiża Maltija naqset milli tikklerja sabiex l-attakkant ta’ Atletico Madrid Alvaro Morata mill-viċin xeħet wara Bonello.

Fis-27 minuta, l-Ispanjoli kellhom gowl ta’ Gerard Moreno imħassar fuq senjalazzjoni ta’ offside.

Il-kowċ Ray Farrugia kellu jagħmel sostituzzjoni sfurzata fit-33 minuta meta Karl Micallef daħal jilgħab minflok l-imweġġa’ Juan Corbalan.

Sabiex erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Spanja jirduppjaw l-iskor meta Moreno għadda through pass perfett lejn Santi Cazorla li b’xutt fil-baxx għamilhom 2-0 bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel ma jispiċċa ġewwa.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 2-0 favur Spanja.

Fit-tieni 45 minuta, Spanja komplew fejn ħallew hekk kif fis-56 minuta, kellhom ċans tajjeb li jagħmluhom tlieta iżda l-ewwel kien Bonello li salva minn fuq Paco Alcacer sabiex mir-ribawnd kien Jonathan Caruana li salva fuq il-linja minn Sarabia.

Malta bħal donnhom infixlu u qalgħu ħames gowls mingħajr risposta.

L-ewwel kien Pau Torres fil-61 minuta li kien ilu biss 52 sekonda fil-grawnd li b’sidru tefa’ ġewwa kross ta’ Alcacer imbagħad kien Pablo Sarabia li temm azzjoni tajba b’xutt b’saħħtu.

Fit-68 minuta, Spanja skorjaw il-ħames gowl hekk kif is-sostitut ieħor Daniel Olmo irċieva tajjeb u wara li qabeż lil Henry Bonello iddepożita fix-xibka.

B’xorti ħażina l-iskor baqa’ jikber fil-71 minuta meta Juan Bernat għadda lejn Gerard Moreno li f’lasta vojta ma sab l-ebda diffikulta’ jiskorja is-6-0.

Fil-85 minuta, Jesus Navas skorja s-seba’ gowl wara xutt tajjeb li ħalla lil Bonello iħares.

Fid-89 minuta, Spanja laqtu l-lasta wara xutt fil-baxx ta’ Pablo Alcacer.

Kienet telfa iebsa għat-tim nazzjonali Malti li issa jrid jilgħab l-aħħar logħba minn dan il-grupp nhar it-Tnejn kontra n-Norveġja fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali

Spanja: Pau Lopez, Jesus Navas, Raul Albiol, Sergio Ramos (Pau Torres 60 min), Juan Bernat, Thiago Alcantara, Rodri, Santi Cazorla (Paco Alcacer 53 min), Gerard Moreno, Alvaro Morata (Daniel Olmo 65 min), Paolo Sarabia.

Malta: Henry Bonello, Jurgen Pisani (Jake Grech 74 min), Zach Muscat, Andrei Agius, Jonathan Caruana, Juan Corbalan (Karl Micallef 33 min), Brandon Paiber, Dunstan Vella, Rowen Muscat (Tristan Caruana 64 min), Joseph Mbong, Kyrian Nwoko.

Skorjaw: Alvaro Morata 22 min, Santi Cazorla 41 min, Pau Torres 62 min, Pablo Sarabia 63 min, Daniel Olmo 69 min, Gerard Moreno 71 min, Jesus Navas 85 min  (S)

Referi: Victor Kassai mill-Federazzjoni tal-Ungerija.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

SUPER CUP 2019/2020 Birkirkara………5 Mġarr United ..0 It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda meta għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 5-0. Din kienet l-ewwel darba li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 HIBERNIANS…..2 GŻIRA UTD……..0 Hibernians kisbu rebħa importanti kontra Gżira United biex issa jinsabu punt biss warajhom fit-tielet post tal-klassifika u b’punti daqs Sirens. Fil-11 il-minuta xutt…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Santa Lucija…0 Balzan…………3 Fl-ewwel partita li kellna fil-Hibs Stadium f’Kordin, Balzan għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0. Balzan kienu ġejjin minn draw kontra Hamrun filwaqt…

Futbol lokali

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020 Birkirkara………….2 Sirens……………….0 Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0. Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn…

Aktar