Futbol internazzjonali
Spanja tfakkar l-10 anniversarju mir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja

Il-partitarji Spanjoli fakru l-10 anniversarji mir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2010 fl-Afrika t’Isfel bi stiel differenti mis-soltu, b’ħafna tatoss ma’ ġisimhom u lebsien maskri protettivi kontra l-coronavirus.

It-Tazza tad-Dinja li nħarġet għall-wiri fi Pjazza Colon f’Madrid, inksiet bil-lstik u ġiet diżinfettata bħala parti mill-miżuri kontra l-virus, filwaqt li l-partitarji żammew id-distanza minnha.

L-ex plejer internazzjonali Fernando Torres qal li meta jħares lejn it-Tazza jiftakar biss f’memorji sbieħ.

Spanja kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba meta fil-finali għelbu lil Olanda bi skor ta’ 1-0 b’gowl fil-ħin barrani ta’ Andreas Iniesta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar