Sparar: Bozidar Dimitrov jirbaħ il-kompetizzjoni Skeet

Bozidar Dimitrov rebaħ il-kompetizzjoni Skeet organizzata mill-federazzjoni tal-isparar fir-ranges tal-Bidnija. kienet fuq 50 plattina bl-ewwel sitt tiraturi jikkwalifikaw għas-semi finali u wara l-finali li t-tnejn li huma kienu fuq 16 -il plattina.

Dimitrov laqat 45 minn 50 plattina fil-kwalifika; 13 fis-semifinali; u 13-il plattina fil-finali.

Jason Agius spiċċa t-tieni u Joe Muscat it-tielet.

Nathan Lee Xuereb sadanittant rebaħ il-kompetizzjoni tad-Double Trap; b’Gianluca Chetcuti jispiċċa fit-tieni post u William Chetcuti t-tielet.

U fil-kompetizzjoni tas-Southern Shooting Club Trap Grand Prix 2014 ir-rebbieħ kien Jason J.Aquilina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

It-tennist Novak Djokovic irritorna lura f’pajjiżu wara li għal xahrejn spiċċa maqbud f’Marbella fi Spanja minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fir-ritorn tiegħu fis-Serbja Djokovic ħabbar li matul ix-xahrejn li għamel maqbud fi…

Żwiemel

Il-ġerrejja se jkunu qed isuqu liż-żwiemel lebsien maskra, jekk it-tiġrijiet ikomplu. Dan ħareġ mill-protokolli tal-Awtorità Ingliża tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Jekk il-Gvern Ingliż jagħti l-permess biex it-tiġrijiet taż-żwiemel jitkomplew, l-ewwel laqgħa tal-istaġun…

Motorsport

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra,…

Ċikliżmu

L-Organiżaturi tat-Tour tad-Danimarka kkonfermaw li ħassru t-Tour ta’ din is-sena hekk kif il-Gvern Daniż naqas li jagħti direzzjoni fuq dan l-avveniment. Oriġinalment it-Tour kellu jsir bejn il- 11 u l-15…

Aktar