Sparar
Sparar: Brian Galea jirbaħ il-kompetizzjoni Trap Trophy TR3

Sparar: Brian Galea rebaħ il-kompetizzjoni Trap Trophy TR3 li saret fil-Qormi Clay Shooting Club.

Fuq il-podju ma’ Galea telgħu William Chetcuti li spiċċa fit-tinei post u James Galea Jr. li spiċċa fit-tielet post.

Fil-punteġġ tal-klassifika finali Galea laqat 46 minn 50 plattina, Chetcuti għamel total ta’ 44 plattina minn 50 u Galea kisser 34 plattina minn 50.

Il-programm tal-MSSF ikompli nhar il-Ħadd fil-Bidnija bis-sitt Tournament tat-Trap tal-istaġun.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Fil-ħames sparatura Skeet tal-istaġun kien Marlon Attard li ħareġ bl-unuri meta fi tmiem il-ġimgħa saret il-kompetizzjoni fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja. Marlon Attard laqat 114-il plattina minn 125, kif ukoll…

Clive Farrugia rebaħ ir-raba’ sparatura skeet tal-istaġun organizzata fuq jumejn mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar fir-Ranges Nazzjonali. Farrugia laqat żewġ straights ta’ 25 plattina fil-kwalikazzjoni, għalkemm kellu wieħed imħassar skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni….

Ilbieraħ saret il-25 edizzjoni tal-isparatura annwali li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti. Din is-sena ipparteċipaw 23 tim minn daqstant għaqdiet u kumitati li huma affiljati mal-FKNK…

Brian Galea rebaħ il-ħames avveniment tal-MSSF Trap Tournament. Din il-kompetizzjoni saret il-bieraħ fir-Ranges Nazzjonali ta’ Kandja. Fit-tieni post spiċċa t-tiratur żagħżugħ Nico Sciberras u fit-tielet post James Galea Junior. B’kollox…

Aktar