Sparar
Sparar: Brian Galea jirbaħ kompetizzjoni Trap fir-Ranges ta’ Kandja

Brian Galea rebaħ il-kompetizzjoni tat-Trap li ġiet organizzata fuq ħamsin plattina ta’ kwalifikazzjoni u eventwalment ħamsin plattina oħra fil-finali bil-kompetizzjoni ssir fir-Ranges Nazzjonali s-Siġġiewi. Nico Sciberras u John Marmara spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Ir-rizultati finali kienu:

1. Brian Galea 24/25 + 4/5 + 5/5 + 5/5 + 10/10, total 48/50

2. Nico Sciberras 23/25 + 4/5 + 4/5 + 4/5 + 10/10, total 45/50 

3. John Marmara 23/25 + 5/5 + 2/5 + 4/5, total 34/40

4. Nazzareno Attard 20/25 + 4/5 + 4/5, total 28/35 

5. Paul Formosa 18/25 + 5/5, total 23/30

6. Michael Grech 15/25, total 15/25

Ir-riżultati ta’ Brian Galea kemm fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni 49/50 kif ukoll fl-istadji finali 48/50 minn tir għandhom jagħtuh motivazzjoni tajba peress li nhar it-Tlieta se jitlaq flimkien mat-Tim Malti tat-Trap biex jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja tal-ISSF 2019 f’Lahti, l-Finlandja.

Min-naħa l-oħra, riżultat ieħor tajjeb ta’ 45/50 minn tir wiehed fil-finali, din id-darba minn Nico Sciberras għandu jagħti wkoll fiduċja lill-atleta żagħżugħ hekk kif qed iħejji għall-Kampjonat Ewropew li se jsir ix-xahar id-dieħel fl-Italja.

Il-programm tad-dixxiplina Trap ikompli nhar is-Sibt 17 u nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019 fis-Southern Shooting Ranges bil-Grand Prix ta’ Santa Marija.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Brian Galea rebaħ l-ewwel kompetizzjoni Trap tal-Malta Shooting Sport Federation wara l-waqfa tal-attivitajiet minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet tal-użu tal-faċilitajiet sportivi. Dan kien ir-raba’ round tat-Tournament Trap ta’ dan l-istaġun….

Sparar

Tlett mija u tnax il-atleta minn tmienja u ħamsin pajjiż ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja ISSF li saret f’Nicosia, Ċipru. Team Malta ħa sehem fl-Iskeet permezz ta’ Clive Farrugia u Bozhidar…

Sparar

Marcello Attard rebaħ it-3rd Skeet Selection Shoot li saret bejn il-bieraħ u llum. Attard spiċċa quddiem Clive Farrugia b’Belinio Attard jispiċċa fit-tielet post. Iżda l-eroj tal-ġurnata kien Clive Farrugia li…

Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ it-tieni Kompetizzjoni Trap Selection, li ġiet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges, fis-Siġġiewi. Brian Galea spiċċa fit-tieni post, waqt li Emmanuel Bugeja irnexxielu jikseb it-tielet…

Aktar