Sparar
Sparar: Chetcuti u Dimitrov jirbħu l-All Malta fit-Trap u l-iSkeet

L-aħħar avveniment kompetittiv tas-sena għall-ħafna atleti tal-isport tal-isparar huwa l-All Malta, jiġiefieri wara dan, ħafna jmorru għal fazi ta’ transizzjoni qabel jibdew il-preparamenti għal staġun agonistiku ieħor. 

Hekk kif issa ħalla għal kollox id-dixxiplina tad-Double Trap, William Chetcuti rebaħ l-ewwel post fit-Trap u b’hekk wera d-dominanza tiegħu f’din id-dixxiplina wkoll.

Bozhidar Vasilev Dimitrov rebaħ l-ewwel post fid-dixxiplina tal-iSkeet.

Is-sitt finalisti fit-Trap kienu William Chetcuti rebbieħ tal-midalja tad-deheb, Brian Galea rebaħ il-fidda hekk kif spiċċa fit-tieni post waqt li John Marmara kellu jikkontenta bil-midaja tal-bronż. Rennie Deguara ġie fir-raba’ post waqt li r-rebbieħ tas-sena li għaddiet Mario Buhagiar spiċċa fil-ħames post u Eugenio Borg jispiċċa fis-sitt post.

Fl-iSkeet, l-ewwel sitt tiraturi kienu, Bozhidar Dimitrov Vasilev, Liam Sciberras, David Gatt, Matthias Azzopardi, Joe Muscat u Elenio Mifsud.

Trap Klassi A: William Chetcuti 118/125, Rennie Deguara 113/125 (Countback Rule) u Mario Buhagiar 113/125.

Trap Klassi B: Nico Sciberras 105/125, Nazzareno Attard 103/125 u Christopher Farrugia 102/125.

Trap Klassi B: Silvio Attard 105/125 (Countback Rule) Jason Magri 105/125 u Philip Mifsud 98/125.

Skeet Klassi A:  Bozhidar Vasilev Dimitrov 108/125, Joe Muscat 101/125

Skeet Klassi B: David Gatt 108/125, Liam Sciberras 101/125 u Matthias Azzopardi 92/125.

Il-program tal-MSSF Trap ikompli nhar il-Ħadd 13 October 2019 bil-Brolli Trophy ġewwa s-Southern Shooting Club u dak tal-iSkeet bil-Pintail Trophy li se jkun organizzat fil-Malta National Shooting Ranges.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Emanuel Bugeja rebaħ it-Trofew Carmel Grech fil-Klabb tal-Isparar ta’ Qormi. Din kienet l-aħħar sparatura biex jintgħażel it-Team Malta 2020 fid-dixxiplina tat-Trap li kienet tinkludi tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni ta’ ħamsa…

Sparar

L-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza Indipendenza ġiet organizzata fil-Malta National Shooting Ranges b’William Chetcuti jirbaħ l-ewwel post fid-dixxiplina Trap filwaqt li Keith Cauchi rebaħ l-ewwel premju fl-avveniment tad-Dritta. Chetcuti kien…

Sparar

Mario Buhagiar rebaħ il-kompetizzjoni tat-Trap li saret fil-Malta National Shooting Ranges fis-Siġġiewi. Ma’ Buhagiar ingħaqdu fuq il-podju James Galea li spiċċa fit-tieni post u Eugenio Borg li spiċċa fit-tielet post. Ir-riżultati…

Sparar

L-Atleti Maltin tad-diixiplini tat-Trap u tal-iSkeet se jkunu qed jikkompetu fil-Kampjonat Ewropew fuq il-plattini, li se jsir fit-Trap Concaverde Shooting Club gewwa Lonato Del Garda, Brescia, l-Italja mit-3 ta ‘Settembru…

Aktar