X

Sparar: Edwin Zammit jirbaħ il-Mula Skeet Trophy

Sparar: Edwin Zammit rebaħ il-Mula Skeet Trophy meta fi tmiem il-ġimgħa rebaħ din il-kompetizzjoni organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar. L-avveniment kien fuq 125 plattina, 75 sparati s-Sibt, u 50 oħra l-Ħadd sabiex l-aħjar sitt tiraturi għaddew għall-isparatura finali. Wara Edwin Zammit, kien Bozidar Dimitrov li spiċċa fit-tieni post b’Joe Muscat jtemm fit-tielet post. It-tliet finalisti l-oħra kienu Noel Scicluna, Benny Attard u Jason Agius.

 

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.