Sparar
Sparar: Eleonor Bezzina tirbaħ is-seba’ kompetizzjoni tal-kampjonat nazzjonali

Ilbieraħ, il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club, organiżża is-seba’ kompetizzjoni mill-League Nazzjonali 2020-2021 fid-dixxiplina tal-10m Air Pistol, fil-Larry Vella Indoor Range ġewwa l-Bidnija.

Fil-kwalifikazzjoni, Eleonor Bezzina sparat żewġ settijiet ta’ 94, tliet settijiet ta’ 97, u sett ieħor ta’ 96 biex spiċċat fl-ewwel post b’total ta’ 575, segwita minn Stephen Vassallo b’535 punt, u Raymond Cacciattolo b’528 minn 600 punt.

Fil-finali, Eleonor żammet ir-ritmu u baqgħet fl-ewwel post biex rebħet il-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni li jmiss se ssir is-Sibt, 30 ta’ Jannar, fit-3:00pm.

Miktub minn...
TVM Sport