Sparar
Sparar – Eleonor Bezzina tispiċċa s-7 fil-Logħob tal-Mediterran 2018

It-tiratriċi Maltija Eleonor Bezzina spiċċat fis-7 post fil-finali tal-Logħob tal-Mediterran. Fit-10M Air Pistol, Bezzina kwalifikat għall-finali bi skor ta’ 560. Fil-finali kienet l-Eġizzjana Anna Korakki li ħarġet rebbieħa u rebħet id-deheb, bis-Serba Zorana Arunovic tispiċċa t-tieni u tieħu l-fidda, filwaqt li l-Eġizzjana Afaf Elhodhod spiċċat it-tielet u rebħet il-bronż.

Fit-Trap tal-irġiel, William Chetcuti u Brian Galea laqtu 114-il plattina minn possibilment 125 kull wieħed, u t-tnejn li huma ma rnexxilhomx jagħmluha għall-finali, fejn ir-riżultati kienu bejn 119 u 121 minn 125 plattina.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: George Mifsud rebaħ il-Kompetizzjoni Trap tat-Tazza Indipendenza organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Kompetizzjoni li saret fil-Qormi Clay Shooting Club saret fuq żewġ rounds ta’ kwalifikazzjoni ta’ 25 plattina qabel il-finali….

Sparar

Sparar: Edwin Zammit rebaħ il-Mula Skeet Trophy meta fi tmiem il-ġimgħa rebaħ din il-kompetizzjoni organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isport tal-Isparar. L-avveniment kien fuq 125 plattina, 75 sparati s-Sibt, u 50 oħra…

Sparar

Sparar: Mario Buhagiar rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-All Malta Presidents Cup organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Kompetizzjoni kienet fuq 125 plattina bit-tiraturi jisparaw fuq 75 plattina s-Sibt u 50 oħra…

Sparar

Sparar: Diversi tiraturi Maltin ħadu sehem fil-kampjonati ewropej tal-isparar li saru fix-Shooting Park ta’ Leoberdorf fl-Awstrija. Mikaela Galea li ħadet sehem fit-trap tan-nisa fil-kwalifikazzjoni laqtet total ta’ 96 plattina minn…

Aktar