Sparar
Sparar: Gianluca Chetcuti jirbaħ il-kompetizzjoni MSSF Trap

Sparar: Gianluca Chetcuti rebaħ il-kompetizzjoni tad-dixxiplina tat-Trap, waqt li Anġlu Ciappara ġie t-tieni u Nazzareno Attard spiċċa t-tielet fil-klassifika finali fl-MSSF Trap Competition li saret fi tmiem il-ġimgħa.

Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges tal-Bidnija fuq 50 plattina, segwita mill-Finali.

Is-sitt Finalisti kienu Gianluca Chetcuti, Nazzareno Attard, Nathan Lee Xuereb, Stephen Vella, Ryan Bugeja u Anġlu Ciappara.

 

Miktub minn...
TVM Sport