Sparar
Sparar: Isir ir-raba’ avveniment trap tal-istaġun

Is-Sibt u l-Ħadd li għadda saret ir-raba’ sparatura trap għal din is-sena.

Gianluca Chetcuti rebaħ din l-edizzjoni filwaqt li James Galea Jr. spiċċa fit-tieni post. Paul Formosa spiċċa t-tielet fil-klassifika finali, f’kompetizzjoni li saret fir-ranges tal-Bidnija.

Is-Sibt l-isparatura kienet fuq 75 plattina. Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges tal-Bidnija, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt finalisti u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu James Galea Jr. b’total ta’ 109/125; Ryan Bugeja 108/125; Paul Formosa 107/125 +6 shoot off; Gianluca Chetcuti 107/125 +5 shoot off; Michael Grech 107/125 +4 shoot off; u Brian Galea 106/125.

Ir-riżultati uffiċjali wara l-finali kienu: 1. Gianluca Chetcuti 41/50; 2. James Galea Jr. 39/50; 3. Paul Formosa 30/40; 4. Brian Galea 26/35; 5. Michael Grech 20/30 u 6. Ryan Bugeja 13/25.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA