Sparar
Sparar: It-tim Malti tad-dixxiplina tat-Trap fil-Finlandja għat-Tazza tad-Dinja ISSF

It-Tim Malti tat-Trap jinsab fil-Finlandja biex jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja ISSF tal-isport tal-isparar li bdiet fit-13 u għandha sat-23 ta ’Awwissu 2019 fil-Halvala Sport Shooting Centre fil-muniċipalità ta’ Hollola, viċin il-belt ta ’Lahti.

William Chetcuti, Brian Galea u Stephen Vella se jkunu fl-azzjoni nhar il-Ġimgħa 16 ta ’Awwissu fl-ewwel ġurnata ta’ Kwalifika tat-Trap tal-Irġiel u nhar is-Sibt 17 ta’ Awwissu fit-tieni ġurnata ta’ Kwalifika tat-Trap tal-Irġiel, segwiti mill-Fażi Finali.

Aktar tard din il-ġimgħa, it-Tim tal-iSkeet li jikkonsisti minn Clive Farrugia, Marlon Attard u Bozhidar Vasilev Dimitrov se jitlaq ukoll lejn il-Finlandja, fejn dawn l-Atleti se jkunu qegħdin jikkompetu fl- ewwel gurnata ta’ Kwalifika Skeet tal-Irġiel nhar l-Erbgħa 21 ta’ Awwissu u fit-tieni gurnata ta’ Kwalifikazzjoni Skeet Irġiel segwit mal-Finali nhar il-Ħamis 22 ta’ Awissu.

It-Tim Malti huwa assistit minn, John Mary Bugeja, Francis Bugeja u minn Richard Attard.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Marcello Attard rebaħ it-3rd Skeet Selection Shoot li saret bejn il-bieraħ u llum. Attard spiċċa quddiem Clive Farrugia b’Belinio Attard jispiċċa fit-tielet post. Iżda l-eroj tal-ġurnata kien Clive Farrugia li…

Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ it-tieni Kompetizzjoni Trap Selection, li ġiet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges, fis-Siġġiewi. Brian Galea spiċċa fit-tieni post, waqt li Emmanuel Bugeja irnexxielu jikseb it-tielet…

Sparar

Target Shooting: Eleanor Bezzina rebħet il-Christmas Shoot 2019 li saret fil-Larry Vella indoor range fil-Bidnija organizzata mill-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club. Il-kompetituri sparaw sitt sets ta’ għaxar tiri…

Sparar

It-tiratrur veteran Michael Galea temm b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap organizzata fix-Shooting Range Nazzjonali. Din il-kompetizzjoni saret ferm popolari mad-dilettanti tal-isparar għaliex tagħti ċans lil tiraturi li jġibu skor…

Aktar