Sparar
Sparar: Jason Sciberras jirbaħ l-MSSF Skeet Grand Prix 2021

Jason Sciberras rebaħ l-MSSF Skeet Grand Prix 2021 li saret fir-ranges nazzjonali f’Ta’ Kandja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Marlon Attard ġie t-tieni klassifikat, filwaqt li Clive Farrugia spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.

Il-kompetizzjoni ttellgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt u 50 plattina u l-finali saret l-għada l-Ħadd.

It-tliet finalisti l-oħra kienu Matthias Azzopardi, David Gatt u Liam Sciberras.

 

Miktub minn...
TVM Sport