Sparar
Sparar: Mario Buhagair jirbaħ il-kompetizzjoni Trap ta’ Jum il-Vitorja

Mario Buhagiar rebaħ il-kompetizzjoni tat-Trap li saret fil-Malta National Shooting Ranges fis-Siġġiewi. Ma’ Buhagiar ingħaqdu fuq il-podju James Galea li spiċċa fit-tieni post u Eugenio Borg li spiċċa fit-tielet post.

Ir-riżultati tal-finali kienu;

1. Mario Buhagiar 20/25 + 3/5 + 4/5 + 3/5 + 7/10, total 37/50

2. James Galea 19/25 + 4/5 + 3/5 + 3/5 + 5/10, total 34/50 

3. Eugenio Borg 19/25 + 3/5 + 4/5 + 3/5, total 29/40

4. Frank Scorfna 19/25 + 2/5 + 3/5, total 24/35 

5. Nicholas Carabott 18/25 + 2/5, total 20/30

6. Brian Zammit 15/25, total 15/25

Waqt il-kompetizzjoni, Mario Buhagiar u James Galea irnexxielhom jgħamlu żewġ straights ta’ 25/25 plattina kull wieħed.

Sadanittant it-Tim ta’ Trap se jirritorna lura Malta aktar tard illum wara li kkompeta fil-kampjonat Ewropew f’Lonato fl-Italja, fejn għat-tieni darba konsekuttiva, William Chetcuti rnexxielu jwettaq riżultat sodisfaċenti bir-riżultat ta’ 21/25, 24/25, 24/25, 24/25 u 24/25 għal total ta’ 117/125, żewġ plattini biss ‘il boghod mill-istadji tal-finali. Brian Galea u Christopher Vella kellhom riżultat ta’ 111/125 u 102/125 rispettivament.

Il-Programm tal-MSSF ta’ Trap ikompli nhar il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2019 fi Southern Shooting Club bis Caesars Trophy.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: James Galea rebaħ il-Kompetizzjoni tat-Trap li ġiet organizzata fil-Malta National Shooting Ranges u li kienet sponsorjata minn ‘In-Namra Sporting Firearms & Sports Accessories’ Ma’ Galea telgħu fuq il-podju Philip…

Sparar

L-aħħar avveniment kompetittiv tas-sena għall-ħafna atleti tal-isport tal-isparar huwa l-All Malta, jiġiefieri wara dan, ħafna jmorru għal fazi ta’ transizzjoni qabel jibdew il-preparamenti għal staġun agonistiku ieħor.  Hekk kif issa…

Sparar

Emanuel Bugeja rebaħ it-Trofew Carmel Grech fil-Klabb tal-Isparar ta’ Qormi. Din kienet l-aħħar sparatura biex jintgħażel it-Team Malta 2020 fid-dixxiplina tat-Trap li kienet tinkludi tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni ta’ ħamsa…

Sparar

L-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza Indipendenza ġiet organizzata fil-Malta National Shooting Ranges b’William Chetcuti jirbaħ l-ewwel post fid-dixxiplina Trap filwaqt li Keith Cauchi rebaħ l-ewwel premju fl-avveniment tad-Dritta. Chetcuti kien…

Aktar