Sparar
Sparar: Marlon Attard jirbaħ ix-Shoot-off kontra Marcello Attard

Fil-ħames sparatura Skeet tal-istaġun kien Marlon Attard li ħareġ bl-unuri meta fi tmiem il-ġimgħa saret il-kompetizzjoni fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja.

Marlon Attard laqat 114-il plattina minn 125, kif ukoll tmienja oħra fix-shoot-off, filwaqt li Marcello Attard li spiċċa t-tieni laqat 114-il plattina minn 125, filwaqt li fix-shoot-off laqat plattina inqas mir-rivali tiegħu. Jason Sciberras spiċċa t-tielet meta laqat 113-il plattina, b’Matthias Azzopardi jolqot 106 u Joe Muscat 104 plattini,

Kompetizzjoni oħra tal-iSkeet ser issir fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ dan ix-xahar, fis-26 u 27 ta’ Settembru bl-MSSF Skeet Grand Prix.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza Indipendenza kienu James Galea Jr u Samuel Grech li rebħu l-unuri prinċipali fit-Trap u d-Dritta rispettivament. Din l-edizzjoni tat-Tazza Indipendenza saret fix-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’…

Sparar: Brian Galea rebaħ il-kompetizzjoni Trap Trophy TR3 li saret fil-Qormi Clay Shooting Club. Fuq il-podju ma’ Galea telgħu William Chetcuti li spiċċa fit-tinei post u James Galea Jr. li…

Clive Farrugia rebaħ ir-raba’ sparatura skeet tal-istaġun organizzata fuq jumejn mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar fir-Ranges Nazzjonali. Farrugia laqat żewġ straights ta’ 25 plattina fil-kwalikazzjoni, għalkemm kellu wieħed imħassar skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni….

Ilbieraħ saret il-25 edizzjoni tal-isparatura annwali li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti. Din is-sena ipparteċipaw 23 tim minn daqstant għaqdiet u kumitati li huma affiljati mal-FKNK…

Aktar