Sparar
Sparar: Micheal Galea jirbaħ it-tielet edizzjoni tal-kompetizzjoni ‘Trap Handicap’

It-tiratrur veteran Michael Galea temm b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap organizzata fix-Shooting Range Nazzjonali.

Din il-kompetizzjoni saret ferm popolari mad-dilettanti tal-isparar għaliex tagħti ċans lil tiraturi li jġibu skor baxx, u jiksbu skor aktar għoli permezz tal-handicap jikkwalifikaw mal-aqwa tiraturi meta l-iskor ikun wieħed globali meta jingħaddu dawk tal-handicap.

Il-35 parteċipant kellhom 3 rawnds ta’ 25 tir kull wieħed b’Michael Galea u Mikaela Galea jispiċċaw f’parita, fejn wara shoot-off Michael Galea ħareġ rebbieħ.

L-aqwa sitt traturi kienu:

L-ewwel post  Micheal Galea 55/75 + 17 Handicap = 72 punt +1 shoot-off
It-tieni post Mikaela Galea 67/75 + 5 Handicap = 72 punt +0 shoot-off
It-tielet post Christopher Vella 66/75 + 5 Handicap = 71 punt
Ir-raba’ post Nicholas Schembri 58/75 + 12 Handicap = 70 punt
Il-ħames post James Galea Jr. 66/75 + 3 Handicap = 69 punt
Is-sitt post Nico Sciberras 62/75 + 6 Handicap = 68 punt +2 shoot-off

Nhar is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru il-Malta Shooting Sport Federation se tkun qed torganizza ‘Mira għall-Istrina’ bil-fondi kollha jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Tlett mija u tnax il-atleta minn tmienja u ħamsin pajjiż ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja ISSF li saret f’Nicosia, Ċipru. Team Malta ħa sehem fl-Iskeet permezz ta’ Clive Farrugia u Bozhidar…

Sparar

Marcello Attard rebaħ it-3rd Skeet Selection Shoot li saret bejn il-bieraħ u llum. Attard spiċċa quddiem Clive Farrugia b’Belinio Attard jispiċċa fit-tielet post. Iżda l-eroj tal-ġurnata kien Clive Farrugia li…

Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ it-tieni Kompetizzjoni Trap Selection, li ġiet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges, fis-Siġġiewi. Brian Galea spiċċa fit-tieni post, waqt li Emmanuel Bugeja irnexxielu jikseb it-tielet…

Sparar

Target Shooting: Eleanor Bezzina rebħet il-Christmas Shoot 2019 li saret fil-Larry Vella indoor range fil-Bidnija organizzata mill-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club. Il-kompetituri sparaw sitt sets ta’ għaxar tiri…

Aktar