Sparar
Sparar: Riżultati mħallta għat-tiraturi Maltin fil-kampjonati ewropej fl-Awstrija

Sparar: Diversi tiraturi Maltin ħadu sehem fil-kampjonati ewropej tal-isparar li saru fix-Shooting Park ta’ Leoberdorf fl-Awstrija.

Mikaela Galea li ħadet sehem fit-trap tan-nisa fil-kwalifikazzjoni laqtet total ta’ 96 plattina minn 125.

Emanuel Cachia Simpson li spara fil-kategorija Juniors laqat 94 minn 125.

Fit-Trap irġiel kien Brian Galea li mar l-aħjar fost it-tliet tiraturi Maltin meta laqat 117 minn 125, b’Mario Buhagiar u William Chetcuti t-tnejn li huma jolqtu 116 minn 125.

Marcello Attard li spara fil-Junior Skeet laqat 113 minn 125 filwaqt li ħuħ Marlon Attard lim ħa sehem fl-Iskeet tas-seniors laqat 118 minn 125 plattina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ il-kompetizzjoni Romana Munizzioni Trap Trophy, li saret il-Ħadd fir-Ranges tal-Bidnija. Il-kompetizzjoni kienet fuq tliet rounds ta’ kwalifikazzjoni segwita mill-finali. Paul Formosa temm fit-tieni post filwaqt li…

Sparar

Logħob Ewropew 2019 f’Minsk il-Belarus: Jintemmu anke l-impenji ta’ Eleanor Bezzina fl-Air Pistol, distanza 25m. Wara li fil-precision Bezzina ġabet 282 punt, hija tellgħet skor ta’ 283 fir-Rapid: għal total…

Sparar

Tintemm b’wiċċ il-ġid is-saga dwar is-senter mitluf tat-tiratriċi Maltija Mikaela Galea li ma wasalx fid-destinazzjoni fil-ħin. Galea telqet minn Malta fi triqitha lejn Minsk il-Belarus flimkien mal-kowċ tagħha Alessandro Nicotra…

Sparar

It-tiratur Clive Farrugia rnexxielu jirbaħ il-kompetizzjoni tal-Iskeet fil-Malta International Open ta’ din is-sena meta laqat plattina iktar fil-finali mit-tiratur mill-Emirati Għarab Magħquda Saif Bin Futais. Fil-klassifika finali wara Farrugia li laqat…

Aktar