Sparar: Riżultati tajba fi Granada

Fi Granada fi Spanja l-erba’ tiraturi Maltin li qed jirrapreżentaw lill-Malta fil-Kampjonat tad-Dinja tal-ISSA l-International Sport Shooting Association irnexxielhom ilkoll jiksbu l-MQS.

Brian Galea laqat total ta’ 118 -il plattina min 125. Frans Pace laqat total ta’ 117 -il plattina, filwaqt li Jeffery Pisani laqat total ta’ 112 min 125 ukoll.

James Galea Jr. min naħa tiegħu ikkompeta fit-Trap Junior event u laqat 114 minn 125 plattina.

It-Tiraturi tad-double trap William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb and Gianluca Chetcuti ikunu fl-azzjoni nhar il-Ħadd li ġej. It-tiraturi Maltin huma mmexxija mill-coach Jimmy Bugeja.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Novak Djokovic kellu jitħabat mhux ħażin biex fl-Open tal-Italja għamilha għall-finali. Fis-semifinali kontra n-Norveġiż Casper Ruud, is-Serb irnexxilu jirbaħ b’żewġ sets, 7-5, 6-3. F’kundizzjonijiet xejn feliċi, fejn ir-riħ lagħab parti…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar