Sparar
Sparar: Silvio Attard jirbaħ l-kompetizzjoni Trap tal-MSSF

Fix-Shooting Range Nazzjonali f’Ta’ Kandja s-Siġġiewi, Silvio Attard kien ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni Trap tal-MSSF. Wara nuqqas ta’ iktar minn tlett snin mix-xena tal-isparar Attard ma damx wisq sabiex sab il-forma hekk kif din kienet it-tieni kompetizzjoni tiegħu dan l-istaġun.

Ma’ Attard fuq il-podium kien hemm James Galea (Jr.) u Nicholas Carabott li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Wara r-rawnds ta’ kwalifikazzjoni, is-sitt finalisti kienu: John Marmara bi skor ta’ 44/50, Nicholas Carabott b’ 43/50+3 fix-shoot off, Nicholas Carabott laqgħat 43/50+2 fis-shoot off, James Galea 42/50+1 fix-shoot off, Silvio Attard b’ 42/50+0 fix-shoot off u Philip Mifsud 41/50.

Ir-riżultati finali kienu;

L-ewwel post- Silvio Attard 19/25 + 4/5 + 3/5 + 4/5 + 9/10, skor finali 39/50

It-tieni post- James Galea (Jr.) 16/25 + 5/5 + 4/5 + 5/5 + 7/10, skor finali 37/50 

It-tielet post- Nicholas Carabott 17/25 + 4/5 + 4/5 + 4/5, skor finali 29/40

Ir-raba’ post- Charles Grech 16/25 + 3/5 + 4/5, skor finali 23/35 

Il-ħames post- John Marmara 17/25 + 1/5, skor finali 18/30

Is-sitt post- Philip Mifsud 16/25, skor finali 16/25

L-ewwel tlett tiraturi fil-klassijiet rispettivi tagħhom temmew ir-rawnds ta-kwalifikazjoni b’dawn l-iskors:

Klassi A:

L-ewwel post- John Marmara 44/50

It-tieni post- Nicholas Carabott 43/50

It-tielet post- James Galea (Jr.) 42/50

Klassi B:

L-ewwel post- Charles Grech 43/50

It-tieni post- Nazzareno Attard 39/50 (Regola Countback)

It-tielet post- Raymond Micallef 39/50

Klassi Ċ:

L-ewwel post- Silvio Attard 42/50

It-tieni post- Philip Mifsud 41/50 

It-tielet post- Silvio Cassar 38/50

Il-program tat-Trap tal-MSSF ikompli fl-24 ta’ Novembru fis-Southern Shooting Club bil-Cup Winners’ Cup bl-ewwel tlett atleti li jikkwalifikaw fil-klassijiet rispettivi tagħhom iġorru l-punti li ġabu minn dan ir-rawnd għall-kwalifikazzjoni għat-Tim Nazzjonali tal-2020/21.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

It-tiratrur veteran Michael Galea temm b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap organizzata fix-Shooting Range Nazzjonali. Din il-kompetizzjoni saret ferm popolari mad-dilettanti tal-isparar għaliex tagħti ċans lil tiraturi li jġibu skor…

Sparar

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club organizzaw ir-raba’ kompetizzjoni al-kampjonat Nazzjonali 2019-2020 fid-dixxiplina Air Pistol 10m fil-Larry Vella Hall Indoor Range fil-Bidnija. It-tiraturi kellhom…

Sparar

Sparar: James Galea rebaħ il-Kompetizzjoni tat-Trap li ġiet organizzata fil-Malta National Shooting Ranges u li kienet sponsorjata minn ‘In-Namra Sporting Firearms & Sports Accessories’ Ma’ Galea telgħu fuq il-podju Philip…

Sparar

L-aħħar avveniment kompetittiv tas-sena għall-ħafna atleti tal-isport tal-isparar huwa l-All Malta, jiġiefieri wara dan, ħafna jmorru għal fazi ta’ transizzjoni qabel jibdew il-preparamenti għal staġun agonistiku ieħor.  Hekk kif issa…

Aktar