Sparar
Sparar: Tazza tad-Dinja tal-ISSF, William Chetcuti fil-11 -il post minn fost 157 tiratur

Riżultat tajjeb għal William Chetcuti fid-dixxiplina tat-trap waqt it-Tazza tad-Dinja tal-ISSF li saret f’Lahti, l-Finlandja.

Kienu b’kollox 473 atleta minn 76 nazzjon li ħadu sehem f’diversi dixxiplini f’din l-edizzjoni.

Dawn kollha kkompetew għamlu dan mhux biss għall-midalji iżda wkoll għal żewġ postijiet tal-kwota għall-Logħob Olimpiku ta’ Tokyo 2020 f’kull wieħed fl-erba’ avvenimenti individwali kif ukoll għall-punti li kienu se jiddeterminaw dawk ikkwalifikati għall-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2019

Fis-sitt tentattiv tiegħu fl-avveniment Trap tal-Irgiel tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isport tal-Isparar (ISSF), l-Atleta Malti, William Chetcuti, rnexxielu jpoġġi lilu nnifsu fost l-aqwa Atleti tad-Dinja f’din id-Dixxiplina.

Hekk kif sar-raba’ rawnd ta’ kwalifikazzjoni Chetcuti kien qed jaqsam l-ewwel post bl-istess punti ma’ Andreas Loew tal-Ġermanja u ma’ Yavuz Ilnam tat-Turkija. Dan poġġa’ lil William f’post favorevoli biex jikkwalifika għall-fażi finali, madankollu, fil-ħames u l-aħħar rawnd huwa rnexxielu jkisser biss 21/25 billi falla l-għaxar plattina tiegħu u tlett plattini oħra minn l-aħħar ħamsa għal punteġġ totali ta’ 116/125. Dan ir-riżultat kien plattina waħda biss ‘il bogħod minn shoot-off għall-istadji tal-finali. Minkejja dan, Chatcuti temm il-kompetizzjoni tiegħu fil-11 -il post minn 157 atleta.

Ir-rebbieħ tad-dixxiplina tat-Trap tal-Irġiel kien ir-Russu Alexey Alipov.

L-atleti l-oħra Maltin li ħadu sehem fil-kategorija Trap tal-Irgiel, kienu Brian Galea li rnexxielu jikseb ir-rizultat ta’ 107/125 u Stephen Vella li kisser 99/125.

Fid-dixxiplina Trap tan-Nisa li saret il-Ġimgħa, 16 ta’Awwissu, 2019. Il-midalja tad-deheb intrebħet minn Penny Smith tal-Awstrija.

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Awwissu, 2019 se ssir il-kompetizzjoni Trap Mixed Team. Il-Finali li jmiss war din se tkun fl-avveniment Skeet tan-Nisa li se tkun nhar l-Erbgħa 21 ta ’Awwissu, il-Finali tal-Irġiel Skeet se tkun nhar il-Ħamis 22 ta’ Awwissu, 2019.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Mario Buhagiar rebaħ il-kompetizzjoni tat-Trap li saret fil-Malta National Shooting Ranges fis-Siġġiewi. Ma’ Buhagiar ingħaqdu fuq il-podju James Galea li spiċċa fit-tieni post u Eugenio Borg li spiċċa fit-tielet post. Ir-riżultati…

Sparar

L-Atleti Maltin tad-diixiplini tat-Trap u tal-iSkeet se jkunu qed jikkompetu fil-Kampjonat Ewropew fuq il-plattini, li se jsir fit-Trap Concaverde Shooting Club gewwa Lonato Del Garda, Brescia, l-Italja mit-3 ta ‘Settembru…

Sparar

Brian Galea rebaħ il-Kompetizzjoni Trap li saret fil-Qormi Clay Shooting Club. Dan l-avveniment ġie organizzat fuq żewġ rawnds ta ‘kwalifikazzjoni ta’ ħamsa u għoxrin plattina kull rawnd segwiti mill-fazijiet tal-finali….

Sparar

Sparar: Stephen Vella rebaħ it-Trap Memorial li sar b’memorja għal Donald Vella. Dan l-avveniment kien organizzat fil-Malta National Shooting Ranges u li kien jikkonsisti minn 7 settijet ta’ tiraturi li…

Aktar