Sparar
Sparar: Tiraturi Maltin fil-Kampjonat Ewropew li se jsir fi Brescia

L-Atleti Maltin tad-diixiplini tat-Trap u tal-iSkeet se jkunu qed jikkompetu fil-Kampjonat Ewropew fuq il-plattini, li se jsir fit-Trap Concaverde Shooting Club gewwa Lonato Del Garda, Brescia, l-Italja mit-3 ta ‘Settembru sas-17 ta’ Settembru 2019.

Din ser tkun l-aħħar kompetizzjoni internazzjonali għal din is-sena qabel issir il-Finali tat-Tazza tad-Dinja tal-ISSF, li se ssir aktar tard f’Al Ain, l-Emirati Għarab Magħquda, eżattament mid-9 ta’ Ottubru sal-14 ta’ Ottubru 2019.

Għal dan l-avveniment, il-Federazzjoni Maltija tal-isport tal-isparar inkludiet 14 -il atleta fit-tim, dan huwa numru rekord u li jinkludi wkoll atleti nisa u atleti juniors.

Mariah Busuttil u Mikaela Galea se jkunu l-ewwel li ser jikkompetu fid- dixxiplina Trap Women Junior. L-Atleti tat-Trap Men huma William Chetcuti, Brian Galea u Christopher Vella waqt li Nico Sciberras se jkun qed jikkompeti fil-kategorija Trap Men Junior.

L-Atleti tal-iSkeet Men huma, Clive Farrugia, Bozhidar Vasilev Dimitrov u Marcello Attard, mentri l-Atleti tal-iSkeet Men Junior huma Marlon Attard, Liam Sciberras u Matthias Azzopardi.

Il-programm hu dan:
5 u 6 Settembru – Fażijiet ta’ kwalifika u fażijiet tal-finali fi Trap Women u Trap Women Junior
6 u 7 Settembru – Fażijiet ta’ kwalifika u fażijiet tal-finali fi Trap Men u Trap Men Junior
13 u 14 Settembru – Fażijiet ta’ kwalifika u fażijiet tal-finali fl-iSkeet Men u Skeet Men Junior

Tmien postijiet ta’ kwota għall-Logħob Olimpiku 2020 ta’ Tokyo se jingħataw skont is-sistema ta’ kwalifika. Total ta’ 360 Atleta se jkunu jistgħu jikkompetu fi 15-il avveniment tal-isparar fid-dixxiplini Olimpiċi.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Marcello Attard rebaħ it-3rd Skeet Selection Shoot li saret bejn il-bieraħ u llum. Attard spiċċa quddiem Clive Farrugia b’Belinio Attard jispiċċa fit-tielet post. Iżda l-eroj tal-ġurnata kien Clive Farrugia li…

Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ it-tieni Kompetizzjoni Trap Selection, li ġiet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges, fis-Siġġiewi. Brian Galea spiċċa fit-tieni post, waqt li Emmanuel Bugeja irnexxielu jikseb it-tielet…

Sparar

Target Shooting: Eleanor Bezzina rebħet il-Christmas Shoot 2019 li saret fil-Larry Vella indoor range fil-Bidnija organizzata mill-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club. Il-kompetituri sparaw sitt sets ta’ għaxar tiri…

Sparar

It-tiratrur veteran Michael Galea temm b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap organizzata fix-Shooting Range Nazzjonali. Din il-kompetizzjoni saret ferm popolari mad-dilettanti tal-isparar għaliex tagħti ċans lil tiraturi li jġibu skor…

Aktar