Sparar
Sparar: William Chetcuti jirbaħ fit-Trap u Bozhidar Vasilev Dimitrov fl-iSkeet

Fit-Trap, William Chetcuti rebaħ il-Ġorġ Bugeja Memorial Grand Prix li saret fil-Qormi Clay Shooting Club. Brian Galea spiċċa fit-tieni post filwaqt li Paul Formosa spiċċa t-tielet.

Fil-klassifika finali, William Chetcuti laqat 43 plattina minn 50, waħda aktar minn Brian Galea. Dawk it-tiraturi li m’għamluhiex għall-fażi finali kellhom kompetizzjoni oħra bejniethom, u hawnhekk Ryan Bugeja ħareġ rebbieħ quddiem Mikaela Galea u Eugenio Borg.

Programm ieħor tal-MSSF Trap isir nhar il-Ħadd li ġej fil-Malta National Shooting Ranges f’Ta’ Kandja.

Fl-iSkeet, Bozhidar Vasilev Dimitrov rebaħ il-Magru Gun Shop Competition. Din il-kompetizzjoni saret fil-Malta National Shooting Ranges, b’Marlon Attard spiċċa t-tieni u Liam Sciberras it-tielet.

Programm ieħor tal-MSSF Skeet isir fl-1 u t-2 t’Awwissu li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Brian Galea rebaħ il-kompetizzjoni Trap Trophy TR3 li saret fil-Qormi Clay Shooting Club. Fuq il-podju ma’ Galea telgħu William Chetcuti li spiċċa fit-tinei post u James Galea Jr. li…

Sparar

Clive Farrugia rebaħ ir-raba’ sparatura skeet tal-istaġun organizzata fuq jumejn mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar fir-Ranges Nazzjonali. Farrugia laqat żewġ straights ta’ 25 plattina fil-kwalikazzjoni, għalkemm kellu wieħed imħassar skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni….

Sparar

Ilbieraħ saret il-25 edizzjoni tal-isparatura annwali li tiġi organizzata kull sena mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti. Din is-sena ipparteċipaw 23 tim minn daqstant għaqdiet u kumitati li huma affiljati mal-FKNK…

Sparar

Brian Galea rebaħ il-ħames avveniment tal-MSSF Trap Tournament. Din il-kompetizzjoni saret il-bieraħ fir-Ranges Nazzjonali ta’ Kandja. Fit-tieni post spiċċa t-tiratur żagħżugħ Nico Sciberras u fit-tielet post James Galea Junior. B’kollox…

Aktar