Sports Internazzjonali
Spettaturi mistennija jitħallew isegwu l-isport favorit tagħhom fir-Renju Unit

Ġaladarba l-lockdown mistenni jintemm fir-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru li ġej, qed tkun diskussa l-possibbiltà li f’żoni tal-pajjiż ta’ riskju baxx, sa 4,000 spettatur jistgħu jiddaħħlu sabiex isegwu l-isport favorit tagħhom li jsir fil-miftuħ. Skont il-BBC, waħda mill-kundizzjonijiet ġodda tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19, ser tkun li total ta’ 2,000 spettatur ser jitħallew isegwu l-isport favorit tagħhom fiż-żoni fejn ir-riskju tal-pandemija huwa baxx ħafna.

Il-logħob tal-futbol għadu qed jintlagħab bil-bibien magħluqa, filwaqt li kienu ftit eċċezzjonijiet fejn partitarji tħallew jidħlu jsegwu xi sport jew ieħor minn Marzu ‘l hawn. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li fil-jiem li ġejjin il-Gvern ser iħabbar liema huma ż-żoni fejn l-ispettaturi jistgħu jibdew isegwu l-isport favorit tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA