Futbol lokali
Spiċċaw il-biljetti, Stadium mibjugħ għal Malta – Spanja. Mistennija mas-17 -il elf spettatur

Kollox qed jindika li l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għada se jkun mimli kollu għal-logħba bejn Malta u Spanja li se tkun qed tintlgħab fid-8.45pm.

Il-logħba li hi valida minn Grupp F ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro 2020. Wara r-rebħa kontra l-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 2-1 tas-Sibt il-publiku sportiv donnu qed iħoss aktar minn qatt qabel is-sejħa tal-kowċ Nazzjonali Ray Farrugia li dejjem talab għal iżjed support mill-publiku Malti.

L-ewwel indikazzjonijiet li l-istadium kien se jkun mimli għal-logħba ta’ għada kontra Spanja bdew jinħassu t-Tnejn filgħodu hekk kif diversi ħwienet li huma aġenti tal-MFA bdew jispiċċawlhom il-biljetti. Konferma li issa l-biljetti spiċċaw ħarġet minn fuq il-paġna ta’ facebook ta’ wieħed mill-uffiċjali impjegati tal-MFA Chris Vassallo li kiteb hekk: ‘Grazzi lil pubbliku Malti. SOLD OUT – 17k’.

Il-Logħba se tkun qed tixxandar diretta fuq TVM2 b’kummentarju ta’ Mark Attard u Edward Aquilina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol lokali

Il-partita tant mistennija bejn Hamrun Spartans u Valletta li se tiddeċiedi fejn imur il-Kampjonat BOV Premier 2018/19 se tintlagħab is-Sibt li ġej, fl-16.00, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali. Fl-istess ħin, fil-Hibernians…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Futbol internazzjonali

Fl-Ingilterra, Chelsea laħqu lit-Tottenham Hotspur fil-klassifika meta għandhom logħba aktar, wara li lbieraħ filgħaxija huma spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Burnley. Dan jista’ jitqies bħala draw diżappuntanti għaċ-Chelsea fi…

Aktar