Local Sports
Sport lokali: 26 atleta jibbenefikaw mill-Youth Development Scheme

26 atleta żgħażagħ se jibbenefikaw mit-tieni edizzjoni tal-Youth Development Scheme organizzata minn SportMalta b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta.

L-Iskema tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-atleti żgħażagħ li jixtiequ jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali u kampijiet ta’ taħriġ lil hinn mix-xtut tagħna. Ko-finanzjat minn SportMalta u BOV, l-iskema hija mmirata lejn atleti li għadhom ma għalqux 18-il sena.

SportMalta rċeviet iktar minn 50 applikazzjoni għall-iskema. Bord ta’ esperti evalwa kull applikazzjoni u 26 atleta ġew magħżula biex jibbenefikaw mill-iskema.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima filwaqt li rringrazzja lil SportMalta u l-Bank of Valletta għal din il-kollaborazzjoni li se tkun ta’ investiment fil-futur tal-atleti tagħna qal li “skema bħal din se tgħinna fil-preparazzjoni kemm jista’ jkun ta’ atleti għall-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa fl-2023 li se tkun ospitata f’Malta. Din it-tieni edizzjoni tal-iskema se tkompli tgħin lill-gvern jgħolli l-livell tal-isport f’pajjiżna b’aktar investiment permezz tal-iStrateġija Nazzjonali tal-iSport.”

Is-CEO ta SportMalta, Mark Cutajar, iddikjara li l-popolarità ta’ l-iskema żdiedet mill-introduzzjoni tagħha f’kollaborazzjoni mal-BOV. Fil-fatt, l-applikazzjonijiet kważi ttriplikaw meta mqabbla ma’ l-ammont ta’ applikazzjonijiet li waslu għall-ewwel edizzjoni ta’ l-Iskema. L-interess miżjud fl-iskema juri li aktar żgħażagħ qed jirrikonoxxu l-importanza tal-kompetizzjoni u t-taħriġ f’avvenimenti internazzjonali sabiex jittejbu l-prestazzjonijiet. Fis-snin li ġejjin, din l-iskema nisperaw li tgħin lill-atleti żgħażagħ tagħna jilħqu l-aqwa prestazzjonijiet tagħhom f’avvenimenti internazzjonali, b’mod partikolari l-GSSE li għandha ssir f’Malta fl-2023.

“Wara s-suċċess ta’ l-ewwel edizzjoni ta’ l-Iskema, u t-titjib pożittiv li ġie rreġistrat mill-benefiċjarji tagħha, huwa tabilħaqq bi pjaċir li tħabbar skema saħansitra ikbar din is-sena,” qal Charles Azzopardi. “Il-Bank u SportMalta ddeċidew li jżidu l-baġit għal din l-iskema u jgħinu lill-atleti kollha li ġew short-listed flok jitnaqqsu l-atleti minħabba l-baġits stabbiliti minn qabel. Aħna nemmnu bis-sħiħ fl-atleti żgħażagħ tagħna u aħna żgur li l-esperjenza tal-kompetizzjoni fuq livell internazzjonali ssaħħaħ l-abilitajiet tagħhom u wkoll il-kunfidenza tagħhom li jikkompetu fuq skala internazzjonali.”

L-atleti magħżula tħabbru waqt konferenza stampa li saret fil-BOV Centre f’Santa Venera u ġew indirizzati minn Dr Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji, Mark Cutajar, CEO ta’ SportMalta u Charles Azzopardi, Executive PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta.

Il-benefiċjarji tal-iskema huma:

Jurgen Balzan Malta Table Football Sports Association
Mikaela Galea Malta Shooting Sport Federation
Anthea Cutajar Malta Table Tennis Association
Kijan Sultana Malta Squash
James Vella Vidal Malta Table Tennis Association
Lijana Sultana Malta Squash
Malcolm Vassallo Malta Triathlon Federation
Matthew Magro Malta Tenpin Bowling Association
Conrad Puli Malta Table Tennis Association
Rachela Pace Malta Amateur Athletics Association
Alessia Cristina Malta Amateur Athletics Association
Karol Spiteri Malta Amateur Athletics Association
Jacob Greengrass Malta Amateur Athletics Association
Sarah Chouhal Malta Amateur Athletics Association
Kurt Zahra Malta Amateur Athletics Association
Mariah Zahra Malta Amateur Athletics Association
Shelby Mangion Vassallo Malta Weightlifting Federation
Tenishia Thornton Malta Weightlifting Federation
Mireya Cassar Malta Amateur Athletics Association
Andre Camilleri Aquatic Sports Association of Malta
Omar El Aida Malta Amateur Athletics Association
Jacob El Aida Malta Amateur Athletics Association
Alex Degabriele Malta Tennis Federation
Liam Sciberras Malta Shooting Sport Federation
Ella Borg Malta Gymnastics Federation
Leah Barber Malta Gymnastics Federation

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Nhar il-Ġimgħa li ġej issir il-ħames edizzjoni tal-Gozo Sports Awards organizzata mill-Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Fis-serata ta’ premjazzjoni jingħataw apprezzament u rikonoxximent atleti u sportivi li…

Local Sports

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2019. B’kollox se jkun hemm jerġa’ disa’ pajjiżi li se jieħdu sehem bl-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun l-ewwel darba li se tkun ospitata mill-Montenegro l-aħħar…

Local Sports

Aktar minn 250 atleta mill-Malta Karate Federation bl-etajiet bejn is-6 u l-35 sena ħadu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Karate nhar is-Sibt 13 u l-Ħadd 14 ta’ April fl-iskola nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke….

Aktar