Sport Lokali
SportMalta: €250,000 lill-assoċjazzjonijiet sportivi u atleti

Kwart ta’ miljun ewro kienu preżentati lill-Assoċjazzjonijiet sportivi jew atleti fl-ewwel minn erbgħa ċerimonji ta’ għoti ta’ assistenza finanzjarja minn SportMalta li huma pjanati għall-2017.

Fil-fatt kienu 35 Assoċjazzjoni u atleta li bbenefikaw f’din iċ-ċerimonja li saret fil-klabb tal-Bocci tal-Isla li kien wieħed mill-klabbs stess li bbenefikaw.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Chris Agius, qal li f’dawn l-aħħar erba’ snin, kulħadd ġibed ħabel wieħed jagħmlu differenza. Hu kompla jgħid li sar xogħol kbir fil-qasam sportiv u hu dmir li naraw li l-klabbs jaħdmu fuq bażi professjonali. Dan jista’ jseħħ permezz tal-Ligi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-artijiet sportivi li se tkun qed tgħin biex il-klabbs ikunu aktar sostenibbli.

Chris Agius temm billi awgura lill-atleti kollha li l-ġimgħa d-dieħla se jirrapreżentawna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.

Miktub minn...
TVM Sport