Oħrajn
SportMalta pparteċipat f’No Elevators Day

SportMalta ipparteċipat f’ No Elevators Day, iniżjattiva Ewropeja parti mill-kampanja NowWeMove xprunata mill-International Sports and Culture Association (ISCA). Din l-attività saret fis-26 ta’ April.

L-għan ewlieni hu li l-pubbliku jifhem l-importanza tal-attività fiżika għas-saħħa sana u kemm hu faċli li nkunu attivi minkejja l-ħajja mħabbta ta’ kuljum. Il-World Health Organization tirrikomanda 20 minuta ta’ eżerċizzju ħafif sa moderat biex wieħed jgħix ħajja tajba. Permezz ta’ inizjattivi bħal dawn, SportMalta tkun qed tilħaq l-għan tagħha li hu rifless tant tajjeb fil-mission statement tal-entita’ “moving a nation through the promotion and development of sport for a healthy, inclusive and successful Malta”.

F’dan il-jum SportMalta stiednet lill-pubbliku ġenerali, organizzazjonijiet, istituzzjonijiet u kumpanija biex iħajjru lil-impjegati tagħhom u kollegi biex jużaw it-taraġ  flokk il-lift u l-escalator.

L-attività prinċipali saret fl-Embassy Shopping Complex il-Belt. Id-diriġenti tal-kumpless ikkolaboraw ma’ SportMalta biex f’dan il jum jintfew il- lifts u l-escalators iżda xi wħud baqgħu miftuħin għan-nies b’diżabilità u kundizzjonijiet mediċi u għal dawk li sempliċiment ma ridux jipparteċipaw.

SportMalta tittama li b’attivitajiet pubbliċi bħal No Elavators Day, in-nies jifhmu li l-attività fiżika tista’ tkun parti mill-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ attivitajiet sempliċi bħal l-użu tat-taraġ ikun qiegħed jinħoloq ambjent aċċessibli f’postijiet fejn l-iżjed iqattgħu ħin in-nies bħal post tax-xogħol.

Miktub minn...
TVM Sport