Local Sports
SportMalta tippreżenta aktar minn €1,000,000 f’għajnuna

SportMalta ppreżentat total ta’ aktar minn €1,000,000 f’għajnuna finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet u atleti. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima saħaq li permezz tal-assistenzi minn SportMalta, jidher ċar li l-assoċjazzjonijiet u l-klabbs qed ikunu proattivi u qed jieħdu inizjattivi biex jiġġeneraw dħul. Kien għalhekk li l-Gvern ħaseb biex idaħħal il-liġi ta’ kummerċjalizazzjoni t’artijiet sportivi sabiex jagħti libertà regolata lill-klabbs u assoċjazzjonijiet biex jużaw l-artjiet fdati lilhom mill-Gvern biex ikomplu jkabbru l-likwidità u jużawha biex l-isport tagħhom jikber.

B’kollox kienu 118-il atleta u assoċjazzjoni li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul din is-sena. SportMalta torganizza erba’ ċerimonji sabiex l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-atleti ma jkollhomx jistennew żmien twil għall-assistenza finanzjarja. Waqt l-istess ċeremonja ġew ippreżentati wkoll 30 ċertifikat lill-coaches u ħaddiema ta’ SportMalta li spiċċaw il-kors tal-first aid b’suċċess.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-Media Sportiva llum qed tiċċelebra l-Jum Dinji dedikat għall-ġurnaliżmu sportiv. L-AIPS li hi l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media tal-Isport tagħti importanza kbira lil dan il-Jum fejn tfakkar lil dawk il-ġurnalisti kollha li…

Local Sports

Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta wara staġun ieħor organizzat mill-Malta Table Football Sports Association. Fid-diviżjoni Premier kien hemm taqtiegħa bejn Massimo Cremona u Samuel Bartolo, tant…

Local Sports

Il-Malta Drug-Free Powerlifting Association organizzat il-Kampjonati Dinjija tas-Single Lifts fi ħdan il-federazzjoni tal-World Drug-Free Powerlifting fl-1, 2, u 3 ta’ Ġunju 2018. Din il-federazzjoni ilha taħdem bla waqfien mal-Assoċjazzjoni ta’…

Aktar