Local Sports
SportMalta: Titnieda ll-Youth Development Scheme biex tgħin lill-atleti żgħażagħ

Illum tnediet it-tieni edizzjoni tal-Youth Development Scheme minn SportMalta f’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta. Din l-iskema hi mmirata lejn atleti ta’ taħt it-18-il sena u tgħinhom biex ikomplu l-karriera sportiva tagħhom billi jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi fuq livell internazzjonali.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima filwaqt li rringrazzja lil SportMalta u l-Bank of Valletta għal din il-kollaborazzjoni li se tkun ta’ investiment fil-futur tal-atleti tagħna qal li “skema bħal din se tgħinna fil-preparazzjoni kemm jista’ jkun ta’ atleti għall-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar tal-Ewropa fl-2023 li se jsiru f’Malta.”

Din it-tieni edizzjoni tal-iskema se tkompli tibni n-numri u l-livell tal-atleti promettenti tagħna fi sforz biex tikseb numru kbir ta’ midalji f’dawn il-logħob.

Il-Youth Development Scheme se tgħin 20 atleta li se jkunu magħżula skont il-kapaċità personali u l-prestazzjoni tagħhom fl-isport rispettiv tagħhom. L-ispejjeż tat-titjiriet, il-miżati tal-parteċipazzjoni tal-avvenimenti u l-akkomodazzjoni kollha huma koperti minn din l-iskema.

L-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-isport tad-dixxiplini sportivi rispettivi jiġu mitluba minn SportMalta għal rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-prestazzjoni u l-potenzjal tal-atleta, sabiex jiġi żgurat li l-opinjonijiet tal-għaqdiet sportivi jiġu kkunsidrati.

Preżenti għal din it-tnedija, minbarra Clifton Grima, kien hemm Luciano Busuttil, CHairman ta’ SportMalta u Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv, filwaqt li Anthony Scicluna kien preżenti f’isem SportMalta.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Il-Media Sportiva llum qed tiċċelebra l-Jum Dinji dedikat għall-ġurnaliżmu sportiv. L-AIPS li hi l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media tal-Isport tagħti importanza kbira lil dan il-Jum fejn tfakkar lil dawk il-ġurnalisti kollha li…

Local Sports

Table Football – Massimo Cremona huwa ċ-Champion ta’ Malta wara staġun ieħor organizzat mill-Malta Table Football Sports Association. Fid-diviżjoni Premier kien hemm taqtiegħa bejn Massimo Cremona u Samuel Bartolo, tant…

Aktar