Sport Lokali
Sports Day b’differenza – fil-qalba tal-komunità

Fl-iskola primarja ta’ Marsaskala fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More ġiet organizzata Sports Day b’differenza.  Din l-iSports Day kienet differenti minn oħrajn għax l-istudenti ħarġu jagħmlu l-isports barra mill-ħitan tal-iskola;  fuq iz-zuntier, fil-ġnien u fil-parkeġġ ta’ fejn l-iskola.  Attività bħal din turi mhux biss l-importanza li l-iskola primarja ta’ Marsaskala tagħti lill-isports imma twassal ukoll il-messaġġ ta’ kemm hu importanti li kulħadd jagħmel l-eżerċizzju fiżiku

L-għalliema tal-P.E. is-Sinjura Chetcuti u s-Sur Mifsud organizzaw bosta attivitajiet għall-istudenti mill-ewwel sar-raba’ sena.  Ta’ min isemmi li l-materjal sportiv li ġie użat waqt dawn l-attivitajiet kien kollu magħmul minn materjal riċiklat bħall-fliexken tal-plastik, blalen magħmula mill-karti u tyres tal-karozzi qodma fost oħrajn.

L-istudenti tal-ħames u s-sitt sena kellhom ċans jipprattikaw diversi  dixxiplini sportivi fosthom rugby, basketball, netball, hockey, dance, football, basketball, karate, weightlifting u judo.

Din l-attività saret nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Marzu 2017 bejn id-09:00 u 12:00.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

World Rally: Is-sewwieq mill-Estonja Ott Tanak rebaħ ir-rally tal-Iżvezja fuq il-karozza Toyota sabiex issa jinsab fuq quddiem fil-klassifika ġenerali Il-Finlandiż Esapekka Lappi daħal fit-tieni post fuq Citroen, 53.7 sekonda wara…

Motorsport

Formula E: Il-Brażiljan Lucas Di Grassi irnexxielu jirbaħ il-eGrand Prix tal-Messiku, bil-Belġjan Jerome d’Ambrosio jipplasja tajjeb u jerġa’ jitla’ fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa ta’ dan il-kampjonat. F’dan il-kampjonat tal-Formula E qed…

Aktar