International Sports
Squash: Kijan Sultana jirbaħ il-Queensland Junior Championship 2020 li saru fi Brisbane, fl-Awstralja

Kijan Sultana rebaħ il-Queensland Junior Championship 2020 li saru fi Brisbane, fl-Awstralja.

L-avveniment kellu aktar minn 75 parteċipant u kien wieħed mill-ftit avvenimenti fl-isquash li saru madwar id-dinja minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ta’ 16-il sena, Sultana ħa sehem fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena u fil-finali lagħab u rebaħ kontra Luke Eyles tal-Awstralja.

Fil-preżent, Kijan Sultana qed jgħix u jitħarreġ fl-Awstralja fl-akkademja ta’ Bradley Hindle.

Issa jmissu jikkompeti fil-Junior Championhips tal-Awstralja li se jsiru f’Diċembru li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport