Local Sports
Squash: Niall Engerer u Lijana Sultana huma ċ-Champions Nazzjonali ta’ Malta

Niall Engerer u Lijana Sultana huma ċ-Champions Nazzjonali ta’ Malta.

Engerer żamm it-titlu li kien rebaħ is-sena l-oħra meta fil-finali għeleb lil Kresten Hougaard b’setts ta’ 11 għal 2, 11 għal 5 u 11 għal 2.

Lijana Sultana għelbet fil-finali lil Kimberely Galea b’setts ta’ 11 għal 6, 10 għal 12, 11 għal 8 u 11 għal 8.

Aktar minn 100 plejer f’Malta kkompetew għal dawn iż-żewġ titli fil-kategoriji tal-irġiel u tan-nisa.

Ir-rebbieħa ġew preżentati bi trofew mill-President ta’ Squash Malta, Liz Said.

 

Miktub minn...
TVM Sport