Futbol lokali
FILMAT: St. Andrew’s ikomplu jittamaw li jistgħu jevitaw ir-relegazzjoni b’rebħa fuq Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Floriana………..0

St Andrews ……1

St. Andrew’s komplew jittamaw li jistgħu jevitaw ir-relegazzjoni dan wara li b’gowl uniku skurjat fit-tieni taqsima huma għelbu lil Floriana.

St. Andrew’s kienu ġejjin minn seba’ telfiet konsekuttivi u f’inkwiet kbir ta’ relegazzjoni fejn riedu rebħa akkost ta’ kollox minn din il-partita. Mill-banda l-oħra Floriana kienu komdi f’nofs il-klassifika.

Adrian Borg u Enzo Ruiz kienu sospiżi għal St. Andrew’s u Floriana rispettivament. Fl-ewwel rawnd is-Saints kienu għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 3-0.

Fit-13 il-minuta  Martin Davis ra x-xutt angolat minn fuq il-lemin salvat minn Akpan. Tlett minuti wara fuq cross ta’ Cini kien McFarlane li naqas li jikklerja bil-ballun jasal għand Paiber bix-xutt tiegħu devjat f’korner. Biex fit-23 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Borg niżel wara l-mimduda. Fl-34 minuta cross shot ta’ Oyama kien salvat minn Calleja Cremona. Sitt minuti minn tmiem it-taqsima xutt ta’ Keqi ħabat mal-mimduda. U eżatt qabel għalqet it-taqsima Friggieri qassam lejn Woo Ling fil-kaxxa u dan wara li dar ma difensur kellu x-xutt tiegħu miżmum mil-mimduda.

Fit-53 minuta xutt mid-distanza ta’ Friggieri falla l-mira għal ftit. Ir-risposta tal-Greens kienet permezz ta’ Keqi iżda x-xutt tiegħu ħabat mal-wieqfa. St. Andrew’s marru fil-vantaġġ fis-66 minuta meta kien free kick ta’ Matthew Woo Ling li Akpan laqa u ħalla l-ballun jaħrablu minn idu biex spiċċa fix-xibka. Fl-84 minuta Akpan wettaq save tajjeb fuq daqqa ta’ ras minn quddiemu ta’ Friggieri.

Riżultat finali  Floriana 0 St. Andrew’s 1.

Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Philip Farrugia

Il-player ta’  St. Andrew’s Matthew Woo Ling  ġie magħżul bħala l-BOV Player tal-Logħba.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar