St.Andrews – “ottimisti li nilħqu l-miri tagħna u nżommu postna fil-Premier”

St.Andrews ippreżentaw il-barranin il-ġodda, u li qed ikunu utli fl-isfida ta’ dan il-klabb li jżomm postu mal-kbar.

Fosthom il-Korean Bong Won Che, in-Niġerjan Lucky Victor Oseghale, l-Ispanjoli Jonatan Perez Cuesta u Enmy Manuel Pena Beltre, ir-Rumen Sorin Oproiescu, u l-player mill-Guinea Eloy Edu Nkene, dan tal-aħħar li fl-aħħar jiem kellu jħalli Malta ta’ malajr minħabba traġedja fil-familja, wara l-mewt ta’ ħuħ ta’ disa snin f’inċident tat-traffiku fi Spanja.

Id-Direttur Tekniku ta’ Talent 11 – St Andrews Dennis Guerra qal li issa l-klabb tgħallem mill-iżbalji tal-ewwel parti tal-istaġun, u bil-bidliet li saru f’Jannar hemm ottimiżmu li St.Andrews iżommu posthom mal-kbar.

Guerra semma ukoll li ż-żagħżugħ laterali Jordan Williams ingħata r-release, ikkonferma t-tluq ta’ Matteo Desira Buttigieg ma’ Birkirkara fi tmiem l-istaġun, waqt li fil-ġimgħat li ġejjin il-klabb se jkun qed ipoġġi madwar mejda mal-captain Joseph Farrugia bil-għan li dan il-player, meqjus bħala pilastru f’dan it-team, jiġi offrut kuntratt ġdid.

Tkellmu ukoll is-segretarju ġdid tal-klabb Chris Vassallo li ħa l-kariga wara l-mewt tal-mibki David Bianchi, Vassallo fakkar li apparti l-isfida fil-kampjonat, St.Andrews għadhom ukoll fil-kwartifinali tal-FA Trophy.

Il-kowċ Jose Borg ukoll esprima t-tama li l-iskwadra hija iktar kompettitiva għall-isfidi li ġejjin fit-Tielet Round, speċjalment għall-konfronti diretti fin-naħa t’isfel tal-klassifika kontra Qormi u Naxxar Lions, biex it-team jilħaq il-mira tiegħu tal-Play Off kontra t-tielet team fl-Ewwel Diviżjoni, liema partita issa sar magħruf li ser tintlgħab nhar il-ġimgħa 6 ta’ Mejju li ġej fil-Hibernians Stadium.

Sadanittant St.Andrews ippreżentaw ukoll sponsor ġdid – il-kumpanija tal-loghob Evolution Gaming se tkun qed tgħin lil dan il-klabb fid-determinazzjoni tiegħu li jżomm postu mal-kbar.

Kelliem għal kumpanija qal li l-integrita, l-eċċelenza u l-valuri li jħaddan il-klabb ta’ St.Andrews huma konformi mal-prinċipji ta’ din il-kumpanija, u kien għalhekk li aċċettaw li jidħlu għal din il-kollaborazzjoni.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Birkirkara……….1 Gżira Utd………..2 F’partita fejn rajna lil Birkirkara aħjar fl-ewwel taqsima, bi Gżira U jieħdu f’idejhom it-tieni taqsima, l-Maroons jegħlbu lil Birkirkara 2-1. Maroons li b’din…

Futbol lokali

Wara l-logħba bejn Tarxien Rainbows u Sliema Wds TVM Sport irċieva din l-istqarrija min naħa tal-Club tar-Rainbows fejn tgħid li ċertu deċiżjonijiet li ttieħdu fil-logħba mir-referee ħallew effett fuq ir-riżultat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta……………0 Ħamrun ……….0 Ħamrun u Mosta temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 0-0, riżultat li ftit ikkuntenta liż-żewġ timijiet. L-ewwel azzjoni tal-logħba seħħet wara 23 minuta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Balzan …….1 Pieta’ ……..0 Balzan kisbu rebħa drammatika ta’ 1-0 kontra t-tim promoss ta’ Pieta’ Hotspurs sabiex kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat. Kienu Balzan li fetħu…

Aktar