Futbol internazzjonali
Sta Lucia u Senglea jieħdu punt kull wieħed

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Santa Lucia …….0

Senglea…………..0

Punt kull wieħed għal Santa Lucia u Senglea f’logħba kkundizzjonata minn riħ qawwi u li kienet logħba li offriet ftit li xejn azzjonijiet.  

L-ewwel azzoni tal-partita tasal wara biss 4 minuti logħob meta freekick għal Santa Lucia li nkariga minnu Bohrer Mentz bil-ballun jiġi mdawwar f’corner mill-gowler ta’ Senglea Anthony Curmi.

Mal-20 minuta tasal ir-risposta ta’ Senglea meta Texeira għola għal ballun mal-gowler ta’ Santa Lucia Caruana b’dan tal-aħħar jonqos milli jzomm il-ballun jippruva jwarrab il-periklu Jacob Walker b’Texeira waħdu quddiem il-lasti isalva Caruana qabel Texeira ikkonkluda f’lasta vojta.

Mas-37 minuta azzjoni ta’ Santa Lucia meta pass fit-tul lejn Rosero Ante li baqa’ javvanza u minn qadgħa angulata ra l-ballun jiġi mdawwar f’corner mill-gowler ta’ Senglea Anthony Curmi.

Fl-40 minuta Santa Lucia jfallu ċ-ċans li jmorru fil vantaġġ meta Rosero Ante waħdu quddiem il-gowler ta’ Senglea Curmi li bir-ras tefa’ għoli.  

Tmiem l-ewwel taqsima Santa Lucia 0 Senglea 0.

71 minuta tasal l-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima hekk kif azzjoni personali ta’ Tachikawa li baqa javvanza qabel id-difensur ta’ Santa Lucia bil-gowler Ryan Caruana jara il-ballun sejjer fix-xibka biss ikun Zuniga li żamm lil Santa Lucia fil-logħba fejn bir-ras tefa’ l-ballun barra.

82 minuta u kien hemm azzjoni personali ta’ Diego Segura li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner.

Fil-85 minuta Santa Lucia jispiċċaw jilgħabu bi player anqas ħekk kif ir referee Degabriele wera’ t-tieni karta safra lil Mentz Boher.

Fit-88 minuta freekick għal Senglea li inkariga minnu Manolito Micallef bil-gowler Ryan Caruana jsalva u jdawwar f’corner. 

Riżultat finali Santa Lucia 0 Senglea 0

Player tal-Logħba: Marukawa Taisei (Senglea)

Referee: Matthew Degabriele.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Premier League ingliż, fil-partita prinċiplai tal-lum draw ta’ 1-1 bejn Manchester United u Liverpool. Manchester United marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima b’goal ta’ Marcus Rashford fis-36minuta. Liverpool ġabu d-draw lejn l-aħħar…

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Balzan……….3 Tarxien……..1 Balzan jegħlbu lil Tarxien R. 3-1, rebħa li tiġi ssiġilata fl-aħħar battuti tal-partita, Balzan li kollox ma kollox ħadu pero’ rebħa meritata. Fl-14-il minuta,…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Aktar