Stanislas Wawrinka l-ewwel finalista Maskili f’Melbourne

L-Isvizzeru Stanislaw Wawrinka sar l-ewwel finalista Maskili tal-Open tal-Awstralja wara li fis-semi finali għeleb liċ-Ċek Tomas Berdych bil-punteġġ ta’ 6-3 6-7 7-6 7-6.

article-2543143-1AD83AAD00000578-988_634x369

B’hekk tibqa ħajja l-possibilta li jkun hemm finali kollha Svizzera.

Dan jiġri jekk għada fil-għodu Roger Federer, li fil-Kwarti Finali elimina lil Brittaniku Andy Murray, jegħleb fit-tieni semi finali lis-seed numru wieħed u favorit, l-Ispanjol Rafael Nadal.

Fil-kategorija femminili, l-finalissima tas-Sibt fil-għodu se tlaqqa liċ-Ċiniza Li Na kontra s-Slovakka Dominika Cibulkova.

Fis-semi finali dal-lejl, iċ-Ċiniza Li Na għelbet lill-Kanadiza Eugenie Bouchard 6-2 6-4, waqt li Cibulkova għelbet lill-Pollakka Agnieska Radwanska 6-1 6-2.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar