Futbol internazzjonali
Stefan Reuter: ‘Importanti li FC Augsburg iżommu posthom fil-Bundesliga’

Imexxi lit-team tal-Bundesliga FC Augsburg f’Malta hawn Stefan Reuter ex player tat-team Nazzjonali Ġermaniż u eks player ta’ Bosussia Dortmund u Juventus fost oħrajn.

Reuter li kien ukoll fit-team meta l-Ġermanja rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1990 faħħar il-faċilitajiet li sabu f’Malta waqt dan it-training camp li qed jagħmlu f’pajjiżna. Hu qal li f’Malta flimkien mal-istaff tekniku tiegħu ħadmu iktar fuq it-tattika mat-team milli fuq il-fiżika minħabba li t-team jinsab fiżikament tajjeb ħafna. Meta mistoqsi x’hinuma l-għanijiet ta’ FC Augsburg dan l-istaġun hu qal li l-ewwel prijorita’ hu li għal sena oħra jżommu posthom fil-Bundesliga fejn bħalissa huma qad jokkupaw l-għaxar post fil-klassifika. Meta mistoqsi dwar xi aġġustamenti ta’ players li mistenni jagħmel f’Jannar hu qal li għall-kuntrarju ta’ teams kbar fil-Bundesliga huma ma jistgħux jagħmlu akkwisti kbar għaliex m’għandhomx budgets bħal tagħhom. FC Augsburt imisshom logħba f’darhom fit-18 ta’ Jannar kontra Borussia Dortmund.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar