Futbol lokali
Stefano Sanderra jiffirma kuntratt ta’ sena oħra ma’ Hibernians

Il-kowċ Taljan Stefano Sanderra se jibqa’ kowċ ta’ Hibernians għal staġun ieħor.

Hibernians għamlu din l-aħbar uffiċjali ftit jiem qabel mal-iskwadra tingħaqad għall-pre season.

Hibernians mistennija jibdew bit-taħriġ l-Erbgħa li ġej.

Hibernians ħabru li f’dan iż-żmien ta’ waqfa minħabba l-pandemija tal-COVID-19, Sanderra u l-istaff tekniku ħadmu bi sħiħ biex jinġiebu barranin ġodda bi prova hekk kif jiftaħ l-ajruport.

Sanderra se jkun assistiet minn Ryan Pulis, mill-goalkeepers’ coach Alex Camilleri u Jesmond Abela bħala team manager.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hibernians, Sliema Wanderers u Gudja Utd, Jackson Lima sar plejer tal-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Marsa. Il-midfielder Brażiljan, fl-istaġun li għadda lagħab f’Għawdex ma’ Xewkija Tigers FC. Lima ta’…

Futbol lokali

Hibernians F.C. kisbu lill-plejer tat-Trinidad and Tobago Winchester Rundell Renold. Renold hu attakkant ta’ 26 sena. Fl-istaġun li għadda, Renold lagħab ma’ Gudja United u skurja 5 gowls.

Aktar