Futbol lokali
Stefano Tacconi għall-avveniment tal-Pepsi Cola u t-trofew tal-UCL: “Malta wieħed mill-isbaħ pajjiżi fid-dinja biex tgħix fih”

Stefano Tacconi, il-gowlkiper leġġenda ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Italja, se jasal f’Malta illum wara nofsinhar biex jipparteċipa fl-avveniment organizzat mill-Pepsi Cola fejn fih se jkun hemm preżenti t-trofew tal-UEFA Champions League.

Ikkuntattjat direttament minn TVM Sport, Tacconi faħħar lil pajjiżna u ddeskrivih bħala wieħed mill-isbaħ pajjiżi fid-dinja biex tgħix fih.

“Malta sbieħat u għamlet avvanzi kbar fl-aħħar snin. L-ikel tajjeb ħafna, hawn postijiet mill-isbaħ li qatt ma rajt bħalhom f’ħajti mkien aktar. Malta wieħed mill-isbaħ pajjiżi fid-dinja biex tgħix fih. Kultant naħsiba serjament biex niġi ngħix hawn,” qal Tacconi.

Mistoqsi fuq il-poplu Malti u kif jaħsiba fuqu, Tacconi qal:

“Jien kważi sirt Malti. Forsi ftit jafu li jien ilni niġi Malta għal dawn l-aħħar snin. Għandi diversi ħbieb, speċjalment mill-klabbs tal-Juventus li hawn f’pajjiżkom. Nieħu pjaċir li se nerġa’ niltaqa’ magħhom u fl-istess ħin nagħmel ħbieb ġodda,” qal Tacconi.

L-ex gowlkiper ta’ Juventus FC qal li togħġbu ħafna wkoll il-gżira ta’ Għawdex u jitkellem pożittiv sikwiet dwar Malta meta jkun Turin għal xi partita fil-Juventus Stadium.

Mistoqsi fuq dan l-avveniment tal-Pepsi Cola li stiednuh f’Malta mat-trofew tal-UEFA Champions League, Tacconi qal:

“Kburi li ntgħażilt jien mill-Pepsi Cola. Avvenimenti bħal dawn juruk li dak li għamilt fil-karriera baqa’ apprezzat mid-dinja tal-futbol,” qal Tacconi.

Stefano Tacconi twieled fit-13 ta’ Mejju 1957 u llum għandu 61 sena.

Ma’ Juventus lagħab 377 partita u rebaħ il-UEFA Champions League fl-1985 fil-finali kontra Liverpool.

Tacconi kien parti mit-tim nazzjonali Taljan bejn l-1986 u l-1992.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wolves 1  Manchester United 1 Mill-Kampjonat Premier Ingliż, Wolves ħadu t-tieni draw minn daqstant logħbiet meta f’darhom ġew 1-1 ma’ Manchester United. Kienu r-Red Devils li marru fil-vantaġġ mas-27 minuta…

Futbol internazzjonali

Brescia ippreżentaw uffiċjalment lill-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli li se jkun qed jirritorna jilgħab fl-Italja wara nuqqas ta’ tliet snin. Fl-intervent tiegħu, il-plejer ta’ 29 sena qal li jinsab kalm…

Futbol internazzjonali

FUTBOL INTERNAZZJONALI Bayern Munich għadhom kemm akkwistaw b’self mingħand Barcelona lill-attakkant Brażiljan Philippe Coutinho. Hekk kif ġie ppreżentat lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi, Coutinho deher ferm ħerqan sabiex jibda din l-avventura ġdida….

Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Aktar