Għawm
Tibda l-isfida ta’ Neil Agius li qed jipprova jikser rekord dinji tal-għawm

Għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-lejla l-għawwiem Neil Agius beda l-isfida ta’ ħajtu, bit-tama li jikser ir-rekord dinji tal-itwal għawma, kontinwa, bla assistenza, f’rotta waħda f’oċean, fil-baħar jew f’bajja miftuħa.

Minħabba t-temp xejn favorevoli Agius kellu jibdel ir-rotta fejn minflok it-Tuneżija telaq minn Linosa ħdejn Lampedusa, distanza ta’ madwar 130 kilometru.

Kemm il-darba jirnexxielu jegħleb din l-isfida, Neil jikser ir-rekord dinji ta’ 124.4 kilometri. Jekk kollox imur kif ippjanat Agius mistenni jasal Malta tard nhar l-Erbgħa filgħaxija f’post li għad irid ikun determinat.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA