Futbol internazzjonali
Stennija għar-ritorn ta’ La Liga fil-11 ta’ Ġunju

Stennija kbira għat-tkomplija ta’ La Liga fi Spanja meta fil-11 ta’ dan ix-xahar mistenni jitkompla l-logħob ta’ dan l-istaġun. Barcelona ser ikomplu bid-difiża għat-titlu barra minn darhom kontra Real Mallorca wara waqfa ta’ tliet xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus fit-13 ta’ Ġunju. L-għada, fl-14, Real Madrid jilqgħu lil Eibar fl-Estadio Alfredo di Stefano, bl-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika mistennija jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat.

Ser ikun id-derby bejn Sevilla u Real Betis li jkompli l-istaġun fil-11 ta’ Ġunju, bil-logħob ser jintlagħab kuljum għal sebat ijiem. F’temp ta’ tlett ijiem, kemm Barcelona u anke Real Madrid ser ikunu fl-azzjoni darbtejn, għaliex wara l-logħbiet kontra Real Mallorca u Eibar rispettivament, imbagħad il-Katalani jilagħbu kontra Leganes u l-Los Blancos jiltaqgħu kontra Valencia.

Minħabba li l-logħob kollu li fadal ser jintlagħab bil-bibien magħluqa, Real Madrid iddeċidew li minflok jilagħbu fis-Santiago Bernabeu, issa ser ikomplu l-istaġun fl-Estadio Alfredo di Stefano li propjament jesa’ 6,000 spettatur. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-Madrileni approfittaw mis-sitwazzjoni tal-Covid-19 u bdew rinovazzjoni fl-istadium tagħhom.

S’issa l-organizzaturi ta’ La Liga taw id-dettalji dwar l-ewwel żewġ logħbiet ta’ kull tim mir-ritorn, b’aktar fixtures mistennija jkunu ppubblikati fil-jiem li ġejjin. Skont il-President ta’ La Liga Javier Tebas, il-partitarji ta’ kull klabb qed jiġu mħeġġa jirrekordjaw lilhom infushom iċapċpu għall-vittmi tal-pandemija tal-Covid-19, u dan iċ-ċapċip ser jinstema’ jidwi madwar kull stadium fl-20 minuta ta’ kull partita.

La Liga ser tkun it-tieni kampjonat maġġuri fl-Ewropa li ser titkompla wara li twaqqfet minħabba l-pandemija, bil-Premier League Ingliż mistenni jitkompla fis-17 ta’ Ġunju u s-Serie A fl-20 tax-xahar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-klabb Spanjol ta’ Real Betis ħatru lil Manuel Pellegrini bħala l-kowċ tagħhom. Pellegrini ffirma kuntratt ta’ tliet snin mat-tim ta’ La Liga. L-ex kowċ ta’ Real Madrid, Manchester City u…

Futbol internazzjonali

Wara l-partita tal-bieraħ kontra Bournemouth, Jose Mourinho, manager ta’ Tottenham niżel għall-konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-partita iżda din ma damitx wisq. Jidher li waqt il-konferenza żviluppat ħsara teknika fis-sound, tant…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Liverpool Jordan Henderson mhux se jilgħab għall-kumplament tal-istaġun minħabba injury fl-għaksa. Liverpool fadallhom jilagħbu erba’ partiti sakemm jingħataw it-trofew għat-titlu ta’ champions. Minkejja dan, Henderson se jkun qed…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar, f’Nyon, fl-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League mill-kwartit tal-finali ’l quddiem. Wolfsburg jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk u r-rebbieħ bejn dawn jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Eintracht Frankfurt u…

Aktar