Futbol internazzjonali
Sterling jitneħħa mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Ingliż

ll-winger tat-tim nazzjonali Ingliz Raheem Sterling tneħħa mill-iskwadra dan wara inċident li seħħ il-bieraħ f’St George’s Park, il-post fejn tiltaqa’ l-iskwadra Ingliża għall-irtir tagħha.

Skond rapporti fil-ġurnali Ingliżi Sterling ipprova jaħtaf lil Joe Gomez minn għonqu wara li huwa wasal fil-canteen tal-players. Dan l-inċident kompla ma’ dak li ġara fil-logħba mill-Premier League Ingliż tal-Ħadd bejn Liverpool u Manchester City li r-Reds rebħu bl-iskor ta’ 3-1 fejn f’mument minnhom kien hemm battibekk bejn Sterling u Gomez.

L-Ingilterra tilgħab partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 nhar il-Ħamis li ġej kontra l-Montenegro f’Wembley Stadium.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-CAS, it-Tribunal tal-Arbitraġġ Sportiv ibbażat fl-Ivizzera dalgħodu ppublika d-deċiżjoni finali dwar l-appell li kienu ressqu Manchester City wara li dawn kienu ġew sospiżi milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet ewropej tal-UEFA. Manchester City…

Futbol internazzjonali

Napoli 2   Milan 2 Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 2   Arsenal 1 Tottenham Hotspur rebħu d-derby ta’ Londra meta laqgħu għandhom lil Arsneal u rebħulhom 2-1. Kienu l-Gunners l-ewwel li fetħu l-iskor meta Lacazette sab ix-xibka fis-16-il…

Futbol internazzjonali

Stennija kbira għad-deċiżjoni tal-lum mill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) dwar jekk Manchester City humiex ser jitħallew jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej fis-sentejn li ġejjin. Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Manchester City…

Aktar