Futbol lokali
Steve Borg jirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-MFA 2019/20

Steve Borg huwa l-Plejer tas-Sena tal-Malta Football Association għall-istaġun 2019/20.

Fl-istaġun li għadda, id-difensur tat-tim nazzjonali, lagħab ma’ Valletta qabel ma ngħaqad ma’ Gżira United ftit tal-ġimgħat ilu.

Steve Borg kellu l-akbar ammont ta’ voti minn kowċis, captains tat-timijiet u uffiċjali tal-klabbs. Ma’ dawn ivvutaw diversi ġurnalisti li ntagħżlu mill-MFA li jsegwu b’mod regolari l-Kampjonat BOV Premier.

Borg, ta’ 32 sena, rebaħ dan l-unur għall-ewwe darba fil-karriera.

Iż-żewġ finalisti ma’ Steve Borg kienu l-captain ta’ Floriana Jurgen Pisani u l-gowlkiper ta’ Valletta stess, Henry Bonello.

Fil-kategoriji l-oħra, Jan Busuttil ta’ Floriana FC rebaħ l-unur tal-Best Young Player.

Il-Best Coach Award intrebħet minn Enzo Potenza ta’ Floriana u l-attakkant tal-Evergreens Kristian Keqi, rebaħ l-unur tal-Best Foreign Player.

Haley Bugeja kellha suċċess dopju bir-rebħ tal-Best Player Award u l-Women’s U-19 League Award.

Erjon Beu ta’ Lija Athletic rebaħ il-BOV First Division Best Player; Ryan Micallef ta’ Marsaxlokk rebaħ il-BOV Second Division Best Player u Nicholas Schembri ta’ H’Attard rebaħ il-BOV Third Division Best Player.

Zak Grech ta’ Balzan rebaħ il-Best Youth League Player.

Celino Alves De Freitas ta’ Luxol St Andrews Futsal rebaħ l-unur tal-Futsal Player of the Year.

It-trofej se jiġu mqassma lill-plejers rebbieħa wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali 2020 tal-MFA li se ssir l-Erbgħa li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum il-Club tal-Football ta’ Balzan ikkonferma li tliet plejers oħra minn tagħhom irriżultaw pożitivi għal COVOD-19. Il-Club jumejn ilu kien ikkonferma li kellu l-ewwel plejer li rriżulta pożittiv wara test…

Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Aktar